Ugo Mifsud Bonnici
From Wikipedia, the free encyclopedia
From Wikipedia, the free encyclopedia
Ugo Mifsud Bonnici (Bormla, 8 ta' Novembru 1932) kien il-ħames President ta' Malta bejn l-1994 u l-1999.
Ugo Mifsud Bonnici | |||||
---|---|---|---|---|---|
4 April 1994 - 4 April 1999 ← Ċensu Tabone - Guido de Marco →
| |||||
Ħajja | |||||
Twelid | Bormla, 8 Novembru 1932 (91 sena) | ||||
Nazzjonalità | Malta | ||||
Edukazzjoni | |||||
Alma mater |
Università ta' Malta Kulleġġ ta' San Alwiġi | ||||
Livell tal-edukazzjoni | dottorat | ||||
Okkupazzjoni | |||||
Okkupazzjoni |
politiku avukat | ||||
Premjijiet |
Kien l-iżgħar minn żewġ aħwa subien. Missieru, il-Professur Carmelo Mifsud Bonnici, magħruf bħala "Il-Gross" kien Ministru għat-Teżor. Ugo Mifsud Bonnici ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo. Wara l-istudji tiegħu fl-Università fl-1955 huwa ggradwa bħala avukat. Kien President tas-Società Universitaria di Letteratura Italiana. F'dik il-kariga kien jieħu ħsieb l-organu ta' kull tliet xhur Malta Letteraria. Kien ukoll membru fil-Kumitat tal-Maltese Language Association.
Mifsud Bonnici ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament f'isem il-Partit Nazzjonalista f'Marzu tal-1966. Baqa' dejjem jiġi elett mid-distrett tiegħu fl-elezzjonijiet li saru wara. Fl-1972, kien il-kelliem tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista għall-Edukazzjoni. Fl-1977 inħatar President tal-Kunsill Ġenerali u tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista. Kien irrappreżenta lill-Partit fit-taħditiet dwar emendi kostituzzjonali fl-1974 u fl-1987.
F'Mejju tal-1987, Ugo Mifsud Bonnici sar Ministru tal-Edukazzjoni. Fl-1990 baqa' Ministru tal-Edukazzjoni u żdiedlu l-Intern. Wara l-elezzjonijiet ġenerali tal-1992, inħatar Ministru tal-Edukazzjoni u tar-Riżorsi Umani. Tul is-snin li għamel Ministru wettaq bosta riformi fil-qasam edukattiv.
Matul il-karriera politika tiegħu huwa mexxa l-istamperija tal-Partit Nazzjonalista.
Nhar l-4 ta'April 1994, ġie elett President tar-Repubblika. Eddie Fenech Adami, li innominah għall-presidenza, jgħid li Ugo Mifsud Bonnici “għamel reżistenza mhux żgħira. Ma riedx isir President. Kien Ministru tal-Edukazzjoni u pprefera jibqa' jagħmel dak ix-xogħol iżda, bi pressjoni kbira min-naħa tiegħi, aċċetta. Għamiltlu pressjoni għax fih rajt persuna li setgħet tgħaqqad, persuna mhux diviżiva. Kont konvint li f'dak il-mument hu kien l-aħjar persuna għall-kariga ta' President.”
Fi żmienu kien hemm il-kriżi tal-gvern ta' Alfred Sant li fiha Mifsud Bonnici kellu rwol importanti li qdieh b'responsabbiltà, mertu magħruf mill-istess Prim Ministru Sant.
F'Ġunju 2018, il-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici ddikjara li kieku kien hu, kien jippreferi jirriżenja milli jiffirma liġi li tmur kontra l-kuxjenza tiegħu. Hu kien qed jirreaġixxi mal-gazzetta Illum, ftit tal-jiem wara li l-President Marie Louise Coleiro Preca ddikjarat li se tapprova l-emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, kif proposti mill-Gvern, u li fost l-oħrajn jinkludu wkoll l-iffriżar tal-embrijuni.
Coleiro Preca ddikjarat li ffirmat dan l-Att b’lealta’ lejn il-Kostituzzjoni,” fl-istess waqt madankollu li ċċarat li “din id-deċiżjoni mhix kompromess etiku mal-fehmiet sodi tiegħi u mal-valuri personali tiegħi dwar il-ħajja umana, il-familja u l-ġid sħiħ tat-tarbija mnissla.”
Min-naħa tiegħu, meta mistoqsi x’kien jagħmel, Ugo Mifsud Bonnici ddikjara li kien jippreferi jirriżenja milli jiffirma liġi li fi kliemu hi inaċċettabbli. Iddikjara wkoll li hu dejjem mexa’ mal-kuxjenza tiegħu, dwar dak li ħass li hu tajjeb, tant li kien għamilha ċara qabel ħa l-ħatra li kieku ntalab jiffirma għall-piena tal-mewt, kien jirriżenja.
Kien kontributur regolari tal-ġurnali Il-Poplu, In-Nazzjon Tagħna, Il-Mument u Il-Ġens. Dr. Mifsud Bonnici huwa l-awtur tal-kotba
Dr. Mifsud Bonnici huwa miżżewweġ lil Ġemma nee' Bianco u għandhom tlett itfal: Carmelo, Anton u Jeanne-Pia, ilkoll avukati. Carmelo huwa eks-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari. L-eks-Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici huwa prim kuġin tiegħu. Il-Prim Imħallef Giuseppe (Ġoġò) Mifsud Bonnici huwa ħuh.
Predeċessur Ċensu Tabone |
President ta' Malta 1994–1999 |
Suċċessur |
Predeċessur Daniel Micallef |
Ministru tal-Edukazzjoni 1987–1994 |
Suċċessur |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.