![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/d/d3/Rain_Forest_Daintree_Australia.jpg/640px-Rain_Forest_Daintree_Australia.jpg&w=640&q=50)
Tropiċi Mistagħdra ta' Queensland
Sit naturali ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Awstralja / From Wikipedia, the free encyclopedia
It-Tropiċi Mistagħdra ta' Queensland huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO magħmul minn madwar 8,940 km2 ta' foresti tropikali mistagħdra Awstraljani li jinsabu tul il-parti tal-Grigal ta' Queensland tal-katina muntanjuża magħrufa bħala Great Dividing Range.[1] It-Tropiċi Mistagħdra ta' Queensland tniżżlu bħala Sit naturali ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988, u fil-21 ta' Mejju 2007 żdiedu mal-Lista tal-Wirt Nazzjonali tal-Awstralja.[2][3]
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/d/d3/Rain_Forest_Daintree_Australia.jpg/640px-Rain_Forest_Daintree_Australia.jpg)
Il-foresti tropikali għandhom l-ogħla konċentrazzjoni fid-dinja ta' familji ta' pjanti primittivi li jarmu l-fjuri.[4] Il-Madagascar u New Caledonia biss, minħabba l-iżolament storiku tagħhom, għandhom reġjuni tropikali umdużi b'livell paragunabbli ta' endemiżmu.[2]
It-Tropiċi Mistagħdra ta' Queensland huma rikonoxxuti fuq livell internazzjonali għall-foresti primordjali tagħhom u għal bosta pjanti u annimali uniċi li jgħixu fihom u li ma jinstabu mkien iktar fid-dinja. It-Tropiċi Mistagħdra ta' Queensland għandhom l-eqdem foresti tropikali ħajjin kontinwament fid-dinja.[5]