Torri
From Wikipedia, the free encyclopedia
Torri huwa struttura għolja, twila aktar milli wiesgħa, ħafna drabi b'fattur sinifikanti. It-torrijiet huma distinti mill-arbli min-nuqqas ventijiet u huma għalhekk, flimkien ma' bini għoli, strutturi li jsostnu lilhom infushom bla appoġġ ta' xejn.
It-torrijiet huma speċifikament distinti mill-bini peress li huma mibnija mhux biex ikunu abitabbli iżda biex jaqdu funzjonijiet oħra bl-użu tal-għoli tat-torri. Pereżempju, l-għoli ta' torri tal-arloġġ itejjeb il-viżibilità tal-arloġġ, u l-għoli ta' torri f'bini fortifikat bħal kastell iżid il-viżibilità tal-inħawi għal skopijiet difensivi. Torrijiet jistgħu jinbnew ukoll għal skopijiet ta' osservazzjoni, divertiment, jew telekomunikazzjoni. Torri jista' jkun struttura waħeda jew ikun sostnut minn bini maġenbu, jew jista' jkun karatteristika fuq struttura jew bini akbar.