Tim nazzjonali tal-futbol tas-Slovenja
From Wikipedia, the free encyclopedia
L-iskwadra nazzjonali tal-futbol ta' Slovenja hu t-tim nazzjonali tal-futbol ta' Slovenja u hu mmexxi mill-Football Association of Slovenia. Huma lagħbu l-ewwel logħba fl-1991 wara l-firda tal-Jugożlavja. Qabel il-firda, plejers minn Slovenja kienu jilagħbu mat-Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Jugożlavja.
Slovenja | |
![]() | |
---|---|
Assoċċazzjoni | Football Association of Slovenia |
Konfederazzjoni | UEFA, (Ewropa) |
Kowċ | ![]() |
Captain | Nastja Čeh |
L-Aktar Dehriet | Zlatko Zahovič (80) |
L-Aktar Gowls | Zlatko Zahovič (35) |
Grawnd Nazzjonali | Arena Petrol |
L-Ewwel Internazzjonali | ![]() ![]() (Murksa Sobota, Slovenja; 19 ta' Ġunju, 1991) |
L-Ikbar Rebħa | ![]() ![]() (Muscat, Oman; 8 ta' Frar, 1999) |
L-Ikbar Telfa | ![]() ![]() (Saint-Denis, Franza; 12 ta' Ottubru, 2002) |
L-Islovenja kienet sorpriża fil-Kampjonati Ewropej tas-sena 2000 meta huma rebħu lill-Ukrajna fi playoff. Fil-kampjonat Ewropew huma rnexxielhom iżommu sħiħ kontra timijiet ta' qawwa meta rnexxielhom jispiċċaw pari kontra l-Jugożlavja u n-Norveġja u tilfu biss kontra Spanja 2-1. L-Islovenja rnexxielha tikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja 2002 meta rebħet lir-Rumanija fi playoff. Waqt il-fażi ta' kwalifikazzjoni huma ma tilfux partita waħda; 7 rebħiet u 7 pari. Però fil-fażi finali fil-Korea u l-Ġappun huma marru lura darhom mingħajr punt. Minkejja li fallew li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja 2006, huma kienu l-uniku tim li rebħu lill-Italja meta rebħulhom 1-0 ġewwa darhom. Din ma kinitx l-ewwel darba li evitaw telfa kontra dan it-tim - fl-1995 huma żammew lit-Taljani pari ta' 1-1 waqt il-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 1996, fejn kienu wkoll ħadu l-vantaġġ.