Tim nazzjonali tal-futbol tas-Slovakkja
From Wikipedia, the free encyclopedia
It-tim nazzjonali tal-futbol tas-Slovakkja hu t-tim nazzjonali tad-dixxiplina sportiva tal-futbol tas-Slovakkja u hu mmexxi mill-Federazzjoni tal-futbol Slovakka.
Assoċjazzjoni | Slovenský futbalový zväz | ||
---|---|---|---|
Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | ||
Kowċ | Ján Kozák | ||
Kaptan | Marek Hamšík | ||
Stadju prinċipali | Tehelné pole (Bratislava) | ||
Kodiċi tal-FIFA | SVK | ||
|
It-tim lagħab sittax-il logħba bejn l-1939 u l-1944, u wara t-Tieni Gwerra Dinjija dan it-tim infired, minħabba li plejers Ċeki u Slovakki lagħbu flimkien fit-Tim Nazzjonali tal-Futbol taċ-Ċekoslovakkja. Wara li ċ-Ċekoslovakkja nqasmet fl-1992, it-tim nazzjonali tas-Slovakkja reġa' ngħaqad, u lagħab l-ewwel partita tiegħu fl-2 ta' Frar 1994 kontra l-Emirati Għarab Magħquda ġewwa Dubaj fejn kien rebaħ 1–0.
Is-Slovakkja se tieħu sehem għall-ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja bħala pajjiż indipendenti wara li spiċċa l-ewwel fi Grupp 3 ta' kwalifikazzjoni miż-żona UEFA. B'permezz tar-rebħa ta' 1–0 fuq il-Polonja nhar l-14 ta' Ottubru 2009, huma kisbu dan id-dritt għat-Tazza tad-Dinja 2010.