Tim nazzjonali tal-futbol tal-Unjoni Sovjetika
From Wikipedia, the free encyclopedia
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Unjoni Sovjetika kien it-tim li kien jirrapreżenta lill-Unjoni Sovjetika fix-xena tal-futbol internazzjonali. Dan it-tim waqaf jeżisti sa meta ġrat il-firda ta' din l-Unjoni. Il-FIFA tikkunsidra lit-tim nazzjonali tal-Komunità tal-Istati Indipendenti (u b'hekk lit-tim nazzjonali Russu) bħala l-eredi tar-rekords tat-tim tal-Unjoni Sovjetika. Persentaġġ kbir tal-plejers tat-tim kienu jiġu minn barra mir-Russja, prinċiparjament mill-Ukrajna, u wara d-diviżjoni tal-Unjoni Sovjetika, plejers bħal Oleg Salenko u Andrei Kanchelskis mill-Ukrajna komplew iservu mat-tim Russu.
Assoċjazzjoni | FFSSSR (Федерация футбола СССР; Federacija Futbola SSSR) | ||
---|---|---|---|
Kodiċi tal-FIFA | URS | ||
|
L-Unjoni Sovjetika naqset li tikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja darbtejn biss, fl-1974 u fl-1978, u kienet preżenti għal seba' edizzjonijiet. L-aqwa prestazzjoni kienet ir-raba' post miksuba fl-edizzjoni tal-1966, meta tilfu fis-semifinali kontra l-Ġermanja tal-Punent 2–1. Fix-xena Ewropea, l-Unjoni Sovjetika kkwalifikat għal seba' edizzjonijiet tal-Kampjonat Ewropej, fejn rebħet l-edizzjoni inawgurarli fl-1960 meta għelbet lill-Jugożlavja 2–1 fil-finali.