Tim nazzjonali tal-futbol ta' San Marino
From Wikipedia, the free encyclopedia
It-tim nazzjonali tal-futbol ta' San Marino huwa r-rappreżentazzjoni tal-futbol ta' San Marino, ikkontrollat mill-Federazione Sammarinese Gioco Calcio.
Psewdonimu | La Serenissima | |||
---|---|---|---|---|
Assoċjazzjoni | Federazione Sammarinese Giuoco Calcio | |||
Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | |||
Kowċ | Franco Varrella | |||
Kaptan | Davide Simoncini | |||
Rekord ta' preżenzi | Andy Selva (73) | |||
Rekord ta' gowls | Andy Selva (8) | |||
Stadju prinċipali | Stadju San Marino | |||
Kodiċi tal-FIFA | SMR | |||
| ||||
Klassifika tal-FIFA | ||||
Pożizzjoni attwali | 210 | |||
L-ogħla | 118 (Settembru 1993) | |||
L-inqas | 211 (Novembru 2018 – Lulju 2019) | |||
L-ewwel logħba | ||||
San Marino 0–4 Żvizzera (Serravalle, San Marino; 14 ta' Novembru 1990) | ||||
L-ikbar rebħa | ||||
San Marino 1–0 Liechtenstein (Serravalle, San Marino; 28 t'April 2004) | ||||
L-ikbar telfa | ||||
San Marino 0–13 Ġermanja (Serravalle, San Marino; 6 ta' Settembru 2006) |
Minħabba d-dimensjonijiet u l-popolazzjoni żgħira tal-pajjiż, fejn huwa l-iżgħar pajjiż tal-UEFA, San Marino huwa wieħed mill-ifqar timijiet nazzjonali kemm teknikament kif ukoll f'termini ta' riżultati fl-Ewropa kif ukoll tad-dinja. Wara tnaqqis stabbli li beda fl-1994, it-tim nazzjonali spiċċa fil-qiegħ tal-klassifika tal-FIFA, fejn attwalment jinsab jaqsam il-203 post mingħajr ebda punt.
L-ewwel logħba uffiċjali li ntlagħbet minn tim minn San Marino kienet telfa ta' 4–0 kontra l-Iżvizzera, valida għall-Kampjonati Ewropej 1990. Preċedentament fl-1986, San Marino kien tilef 1–0 f'logħba ta' ħbiberija kontra t-tim nazzjonali Olimpiku tal-Kanada, minkejja li din ma kinitix ikkunsidrata bħala logħba uffiċjali. Minn mindu għamlu d-debutt kompetittiv tagħhom, San Marino ħa sehem f'kull fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej u t-Tazza tad-Dinja, imma għadu qatt ma rebaħ logħba. L-unika rebħa fl-istorja waslet kontra l-Liechtenstein bl-iskor ta' 1–0, f'logħba ta' ħbiberija li ntlagħbet fit-28 ta' April 2004.