![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/e/ee/Marae%252C_Raiatea_2.jpg/640px-Marae%252C_Raiatea_2.jpg&w=640&q=50)
Taputapuātea
komun Franċiż fil-Polineżja Franċiża / From Wikipedia, the free encyclopedia
Taputapuātea huwa komun tal-Polineżja Franċiża, territorju ekstra-Ewropew ta' Franza fl-Oċean Paċifiku. Il-komun ta' Taputapuātea jinsab fil-gżira ta' Raiatea, fis-suddiviżjoni amministrattiva tal-Gżejjer Leeward, li jagħmlu parti mill-Gżejjer Society. Skont iċ-ċensiment tal-2017 il-komun kellu popolazzjoni ta' 4,792 ruħ.[1] Il-komun ingħata isem kumpless kbir ta' marae li kien ċentru reliġjuż tal-Lvant tal-Polineżja għal bejn wieħed u ieħor 1,000 sena. Is-sit arkeoloġiku tal-marae ta' Taputapuātea huwa l-iżjed attrazzjoni famuża f'Raiatea u tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2017.[2]
Quick Facts Amministrazzjoni, Kodiċi postali ...
Taputapuātea | |
---|---|
![]() | |
![]() | |
Amministrazzjoni | |
French overseas collectivity | Polineżja Franċiża |
Arċipelagu | Gżejjer Leeward |
Kodiċi postali |
98735 |
Ġeografija | |
Koordinati | 16.8158°S 151.4072°W / -16.8158; -151.4072 |
![]() | |
Superfiċjenti | 88 kilometru kwadru |
Fruntieri ma' |
Uturoa (en) ![]() ![]() |
Demografija | |
Popolazzjoni | 4,792 abitanti (2017) |
Close
Il-komun ta' Taputapuātea huwa magħmul mill-komuni assoċjati li ġejjin:
- Avera;
- Opoa;
- Puohine.
Iċ-ċentru amministrattiv tal-komun huwa l-insedjament ta' Avera.