Struttura .NET
From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Istruttura .NET tal-Microsoft hija struttura għas-softwer li hija disponibbli ma' ħafna mis-sistemi operattivi tal-Microsoft Windows. Din tinkludi librerija kbira ta' soluzzjonijiet kodifikati biex jiġu evitati problemi komuni tal-ipprogrammar kif ukoll magna virtwali li tmexxi t-twettieq ta' programmi miktubin speċifikament għal din l-istruttura għas-softwer. L-Istruttura .NET hija maħsuba biex tintuża' mill-maġġoranza tal-programmi ġodda maħluqa għall-pjattaforma Windows.
Bħalissa qed jiġi tradott l-artiklu .NET Framework mil-lingwa Ingliża għall-Malti.
Tista' tikkontribwixxi billi tlesti t-traduzzjoni jew tkompli l-artiklu minn sorsi oħra. Jekk tagħfas fuq editja u ssib xi test moħbi, ara jekk hux aġġornat billi tagħmel użu mill-ħoloq għal-lingwi l-oħra li ssib fuq in-naħa xellugija tal-paġna. Tagħmilx użu minn programmi ta' traduzzjoni awtomatika. |
Is-soluzzjonijiet kodifikati illi jiffurmaw il-Librerija ta' Klassijiet Bażi tal-Istruttura tkopri sensiela wiesgħa ta' bżonnijiet tal-ipprogrammar f'numru ta' oqsma, fosthom l-interfaċċa tal-utent, l-aċċess għad-data, il-konnessjoni mad-databażi, kriptografija, żvilupp tal-programmi għall-internet, algoritmi numeriċi, u netwerks tal-kompjuter. Il-librerija tal-klassi tintuża' mill-programmaturi, illi jikkumbinawha mal-kodiċi tagħhom biex jipproduċu il-programmi.
Programmi miktubin għall-Istruttura .NET jitwettqu f'ambjent tas-softwer illi jmexxi il-bżonnijiet tal-runtime tal-programm. Ukoll parti mill-Istruttura .NET, dan l-ambjent tal-ħintwettieq hu ukoll magħruf bħala ir-Runtime tal-Lingwa Komuni. Is-CLR jipprovdi l-apparenza ta' magna virtwali biex il-programmaturi ,ma jkollhomx għalfejn jikkunsidraw il-kapaċitajiet tal-Unit tal-Ipproċessar Ċentrali speċifiku illi ser iwettaq il-programm. Is-CLR ukoll jipprovdi servizzi oħrajn importanti fosthom is-sigurtà, tmexxija tal-memorja, u kkontrollar tal-eċċezjonijiet. Il-Librerija tal-Klassijiet u s-CLR flimkien jagħmlu l-Istruttura .NET.
Il-verżjoni 3.0 tal-Istruttura .NET hija inkluża ma Windows Server 2008 Windows Vista. Il-verżjoni kurrenti tal-Istruttura tista' tkun installata ukoll fuq is-sistemi operattivi Windows XP u Windows Server 2003. Verżjoni ridotta jew kumpatta tal-Istruttura .NET hija ukoll disponibbli fuq il-pjattaformi Windows Mobile, bl-ismartphones inklużi.