Sofonisba Anguissola
From Wikipedia, the free encyclopedia
Sofonisba Anguissola (miktuba wkoll bħala Anguisciola; Cremona, c.1532 – Palermo, 16 ta' Novembru 1625) kienet pittriċi Taljana tar-Rinaxximent. Kienet waħda mill-ftit artisti nisa magħrufa ta' dak iż-żmien, grupp li fih insibu 'l oħtha Lucia Anguissola, u 'l Marietta Robusti, Lavinia Fontana, u Diana Scultori Ghisi.