From Wikipedia, the free encyclopedia
Selma Rıza (5 ta' Frar 1872 - 5 ta' Ottubru 1931) kienet l-ewwel ġurnalista mara mit-Turkija. Kienet ukoll waħda mir-rumanzieri bikrija tat-Turkija. Wara l-mewt tagħha, il-qraba tagħha assumew il-kunjom Feraceli; għalhekk xi kultant hi magħrufa wkoll bħala Selma Rıza Feraceli.
Selma Rıza | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Istanbul, 5 Frar 1872 |
Nazzjonalità | Turkija |
Mewt | Istanbul, 5 Ottubru 1931 |
Familja | |
Aħwa | |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università ta' Pariġi |
Lingwi | Tork |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
ġurnalist rumanzier |
Hija twieldet fil-5 ta' Frar 1872.[1] Missierha kien Ali Rıza, diplomatiku tal-Imperu Ottoman fl-Awstrija-Ungerija, u ommha Naile kienet oriġinarjament mill-Awstrija.[2]
Wara l-edukazzjoni tagħha minn għalliema privati f'Istanbul, hija vvjaġġat lejn Pariġi fl-1898 biex tiltaqa ma' ħuha l-kbir Ahmet Rıza, li kien membru tal-moviment taż-Żgħażagħ Torok. Rıza studjat fl-Università ta' Sorbonne, u kienet affiljata mal-Kumitat tal-Unjoni u l-Progress (CUP). Hija kienet l-unika membru femminili fil-kumitat.[3] F'Pariġi, hija kitbet għal żewġ gazzetti ppubblikati mill-CUP f'Pariġi. Dawn kienu Mechveret Supplément Français bil-Franċiż u Şura'i Himmet bit-Tork. Fl-1908, marret lura Istanbul, fejn kitbet għal gazzetti; Hanımlara Mahsus Gazete ("Gazzetta għan-Nisa") u Kadınlar Dünyası ("Dinja tan-Nisa"). Hija saret ukoll is-segretarja ġenerali tal-għaqda umanitarja Turkish Red Crescent bejn l-1908 u l-1913. Matul l-aħħar snin tal-Imperu Ottoman, hija ħadmet ħafna biex tittrasforma l-Palazz Adile Sultan, palazz irjali fl-Istanbul, fi skola tal-bniet. Bl-għajnuna ta' ħuha, hija rnexxielha u l-palazz sar il-Kandilli High School for Girls sal-1986, meta kien parzjalment maħruq.[2][4]
Rıza mietet fil-5 ta’ Ottubru 1931.[1]
Fl-1892, waqt li kellha biss għoxrin sena, Rıza kitbet rumanz mhux ippubblikat bl-isemt ta' Uhuvvet ("Ħbiberija"). Ir-rumanz ġie ppubblikat fl-1999, 68 sena wara l-mewt tagħha, mill-Ministeru tal-Kultura tat-Turkija.[2]
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.