Anġlu ta' Sqallija
From Wikipedia, the free encyclopedia
Sant'Anġlu ta' Sqallija (ta' Ġerusalemm) (twieled fit-2 ta' Marzu 1185 – miet fil-5 ta' Mejju 1220) kien saċerdot u martri minn Ġerusalemm.
![]() |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Anġlu kien wieħed mill-ewwel Karmelitani li waslu Sqallija mill-Għolja tal-Karmel. Skond għejjun tradizzjonali ta' min joqgħod fuqhom, xi infidili qatluh f'Licata fl-ewwel nofs tas-seklu tlettax. Kien mill-ewwel meqjum bħala martri u f'post mewtu ma damitx ma nbniet knisja tal-Karmelitani. Il-qima lejn Sant'Anġlu xterdet ħafna, kemm fl-Ordni Karmelitan u kemm fost il-poplu. Hu meqjum bħala patrun ta' għadd ta' mkejjen fi Sqallija fejn sal-lum id-devoti tiegħu għadhom jitolbuh fi ħtigijiethom u jdawwruh b'imħabba u qima. F'Malta għal dan il-qaddis Karmelitan għandna msemmijin il-Forti Sant'Anġlu u kappella fiż-Żejtun.