komun u raħal f'Gironde, Franza From Wikipedia, the free encyclopedia
Saint-Émilion (pronunzja: [sɛ̃.t‿emiljɔ̃]; bil-Gascon: Sent Milion) huwa komun u raħal fid-dipartiment ta' Gironde fin-Nouvelle-Aquitaine fil-Lbiċ ta' Franza. Fl-2016, il-popolazzjoni tar-raħal kienet ta' 1,938 ruħ.[1]
Saint-Émilion | ||
---|---|---|
Franza | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat sovran | Franza | |
Administrative territorial entity of France | Franza Metropolitana | |
Region of France | Nouvelle-Aquitaine | |
Dipartimenti ta' Franza | Gironde | |
Arrondissement of France | arrondissement ta' Libourne | |
Canton of France | kanton ta' Libourne | |
Isem uffiċjali |
Saint-Émilion Émilion-la-Montagne | |
Ismijiet oriġinali | Saint-Emilion | |
Kodiċi postali |
33330 | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 44.8928°N 0.1558°W | |
Superfiċjenti | 27.02 kilometru kwadru | |
Għoli | 23 m | |
Fruntieri ma' | Libourne (en) , Montagne (en) , Moulon (en) , Néac (en) , Pomerol (en) , Saint-Christophe-des-Bardes (en) , Saint-Laurent-des-Combes (en) , Saint-Sulpice-de-Faleyrens (en) u Vignonet (en) | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 1,769 abitanti (1 Jannar 2021) | |
Informazzjoni oħra | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | |
saint-emilion.org |
Fil-qalba taż-żona madwar Libourne, f'reġjun ta' għoljiet tal-produzzjoni tal-inbid, Saint-Emilion huwa raħal Medjevali f'salib it-toroq ta' Bordeaux, Saintonge u Périgord. Ir-raħal u l-vinji tal-madwar saru Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1999, fid-dawl tal-istorja ħajja u twila tiegħu fil-qasam tal-produzzjoni tal-inbid, il-knejjes Rumaneski tiegħu u l-fdalijiet tul it-toroq weqfin u dojoq kollha tal-belt.[2]
L-istorja ta' Saint-Émilion tmur lura mill-inqas sa 35,000 sena ilu, saż-Żmien Paleolitiku Superjuri. L-oppidum inbena fuq l-għolja li tħares fuq il-belt attwali fi żmien il-Galli, qabel ma r-reġjuni ġew annessi minn Awgustu fis-27 Q.K. Ir-Rumani ħawwlu vinji fiż-żona li mbagħad saret Saint-Émilion saħansitra mis-seklu 2. Fis-seklu 4, il-poeta Latin Awsonju faħħar il-frotta tal-vinja.[2]
Saint-Émilion, li qabel kien imsejjaħ Ascumbas[3], ingħata isem il-patri mill-Brittanja Émilion (għall-ħabta tas-767)[4], li kien jivvjaġġa ħafna biex ixandra l-bxara, u li waqaf jgħix hemmhekk f'eremitaġġ imnaqqax fil-blat fis-seklu 8. Il-patrijiet li segwewh taw bidu għall-produzzjoni tal-inbid kummerċjali fiż-żona.
Minħabba li Saint-Émilion jinsab fuq ir-rotta tal-Pellegrinaġġ ta' San Ġakbu, bosta monasteri u knejjes inbnew matul il-Medju Evu, u fl-1199, taħt it-tmexxija Brittanika ta' Plantagenet, ir-raħal ingħata drittijiet sħaħ. Matul is-sekli 12 u 13, l-inbejjed prodotti fiż-żona kienu rinomati ferm għall-kwalità tagħhom, għalkemm l-instabbiltà politika matul il-gwerer Ewropej tar-reliġjon affettwaw il-vinji b'mod negattiv. Ir-reġjun beda jirkupra biss lejn l-aħħar tas-seklu 19.[2]
Saint-Émilion jinsab 35 kilometru fil-Grigal ta' Bordeaux, bejn Libourne u Castillon-la-Bataille. Il-vinji jirrappreżentaw iktar minn 67 % tat-territorju tal-komun.[5] Fi ħdan ir-reġjun hemm taħlita ta' arkitettura reliġjuża Rumaneska Medjevali u "chateaux" fil-vinji, li nbnew fis-sekli 18 u 19. Madankollu, fil-villaġġi l-biċċa l-kbira tal-binjiet huma djar mudesti ta' sular li jmorru lura għas-seklu 19.[2]
Il-Ġurisdizzjoni ta' Saint-Émilion ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1999.[2]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[2]
|
|
Iż-żona ta' Saint-Émilion hija waħda miż-żoni prinċipali tal-inbid aħmar ta' Bordeaux flimkien ma' Médoc, Graves u Pomerol. Ir-reġjun huwa ferm iżgħar minn Médoc u jinsab maġenb Pomerol. Bħal fil-każ ta' Pomerol u denominazzjonijiet oħra fix-xatt tal-lemin tal-Gironde, il-varjetajiet primarji ta' għeneb li jintużaw huma l-Merlot u l-Cabernet Franc, b'ammonti relattivament żgħar ta' Cabernet Sauvignon li jintużaw minn xi châteaux.
L-inbejjed ta' Saint Émilion ma ġewx inklużi fil-klassifikazzjoni ta' Bordeaux ta' 1855. L-ewwel klassifikazzjoni formali f'Saint-Émilion saret fl-1955. Għad-differenza tal-klassifikazzjoni tal-1855, din tiġi reveduta regolarment.
Mill-2012 'l hawn, Saint-Émilion jospita festival tal-jazz fl-aħħar ta' Lulju.[6]
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.