From Wikipedia, the free encyclopedia
Ir-Repubblika Ċeka ħadet sehem tliet darbiet fil-Festival tal-Eurovision, u ddebuttat fl-edizzjoni tal-2007. Mit-tliet tentattivi tagħha, hi naqset li tagħmilha sal-finali. Il-pajjiż irtira wara l-edizzjoni tal-2009 wara li r-rappreżentant Gipsy.cz naqsu li jiksbu punt wieħed fis-semifinali.
L-istazzjon Ċek Česká televize (ČT) esprima l-interess biex jipparteċipa għall-edizzjoni tal-2005 fi Kyiv, l-Ukrajna. Madanakollu, għal numru ta' raġunijiet, din qatt ma mmaterjalizzat. Għas-sena ta' wara kienu se jibgħatu diska, iżda m'għamlux hekk minħabba li kellhom id-dubji jekk kinux se jikkwalifikaw għall-finali jew le.[1]
Nhar id-19 ta' April 2006, ČT ikkonferma l-preżenza tiegħu fl-edizzjoni tal-2007 ġewwa Ħelsinki, il-Finlandja. Id-debutt taċ-Ċeki kien magħżul permezz tas-sistema tal-SMS, bir-rebbieħ ikun il-grupp rinomat lokalment, Kabát, bil-kanzunetta "Malá dama". Fis-semifinali tal-10 ta' Mejju 2007, ir-Repubblika Ċeka kantat fis-sittax-il post, madanakollu rċiviet punt wieħed biss, mogħti mill-Estonja.
Għall-edizzjoni tal-2008 f'Belgrad, is-Serbja, ČT għal darb'oħra żamm finali nazzjonali sabiex jagħżel ir-rappreżentant tiegħu. Minn għaxar kanzunetti, Tereza Kerndlová b'"Have Some Fun" kisbet id-dritt li tirrapreżenta lil pajjiżha fil-Eurovision. Fit-tieni semifinali, Kerndlová kantat fit-tmien post, imma kellha ssofri minn eliminazzjoni bikrija mill-kompetizzjoni wara li naqset li tagħmilha għall-finali.
Minkejja li fiż-żewġ parteċipazzjonijiet preċedenti spiċċaw fl-aħħar żewġ postijiet, ČT ikkonfermaw li kienu se jiħdu sehem fl-edizzjoni tal-2009 ġewwa Moska, ir-Russja. L-għażla tar-rappreżentant kienet waħda interna, bil-pubbliku jagħżel il-kanzunetta. Ix-xandar għażel il-grupp Gipsy.cz f'Jannar tal-2009, u wara l-votazzjoni ntgħażlet il-kanzunetta "Aven Romale". Id-destin ftit li xejn varja minn qabel, hekk kif il-grupp spiċċa l-aħħar fis-semifinali mingħajr punt.
Fit-22 ta' Lulju 2009, l-istazzjon ħabbar li kienu rtiraw mill-edizzjoni tal-2010.[2]
Sena | Artist | Kanzunetta | Finali | Punti | Semi | Punti |
---|---|---|---|---|---|---|
2007 | Kabát | "Malá dáma" | X | X | 28 | 1 |
2008 | Tereza Kerndlová | "Have Some Fun" | X | X | 18 | 9 |
2009 | Gipsy.cz | "Aven Romale" | X | X | 18 | 0 |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.