ir-repubblika ta' malta From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-President ta' Malta huwa l-kap tal-istat kostituzzjonali tar-Repubblika ta' Malta, bil-poter jibqa' f'idejn il-Prim Ministru. Il-President jiġi elett mir-Riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati għal mandat ta' ħames snin. Il-President ta' Malta huwa l-gwardjan tal-Kostituzzjoni ta' Malta fejn hu biss li jieħu dan il-ġurament quddiem il-Kamra. Jekk il-President jiddubita fuq kemm il-kostituzzjonalità ta' liġi anke jekk l-avviż tal-Avukat Ġenerali jgħid li timxi skont il-kostituzzjoni, dan jista' jistaqsi għal aktar kjarifika. Il-President jifforma parti, kemm b'mod dirett u dak indirett, tat-tliet fergħat tal-istat. Jifforma parti tal-Parlament (Kapitolu VI, sezzjoni 51), jaħtar il-ġudikatura (Kapitolu VIII, sezzjoni 96) u l-awtorità eżekuttiva hi eżerċitata mill-President (Kapitolu VII, sezzjoni 78).
Din il-kariga inħalqet l-ewwel darba fit-13 ta' Diċembru, 1974, meta Malta saret repubblika fost il-Commonwealth. L-aħħar Gvernatur Ġenerali, is-Sur Anthony Mamo, sar l-ewwel President tar-Repubblika biex ħa post ir-Reġina Eliżabetta II bħala l-kap tal-istat. Mamo serva bħala President sal-1976. L-ewwel mara li laħqet din il-kariga għolja kienet is-Sinjorina Agatha Barbara, li kienet ministru fi żmien il-gvern preċedenti Laburista.
Mill-1989, il-mandat tal-President beda u spiċċa fl-4 ta' April. Attwalment, il-President ta' Malta hija Myriam Spiteri Debono.
Sal-1988, ma kienet teżisti l-ebda bandiera għall-President ta' Malta, u għalhekk kienet tintuża l-bandiera nazzjonali. Iżda f'dik is-sena, eżattament fit-12 ta' Diċembru 1988, ġiet introdotta bandiera ġdida. Din tikkonsisti mill-arma fuq sfond blu, u s-simbolu tas-Salib ta' Malta b'kulur id-deheb f'kull rokna. Din il-bandiera tperper fuq ir-residenzi u l-uffiċini uffiċjali tal-President, fuq il-vettura tiegħu, u f'kull okkażjoni fejn hu preżenti.
# | Ritratt | Isem | Bidu tal-kariga | Skadenza tal-kariga |
---|---|---|---|---|
1 | Sur Anthony Mamo | 13 ta' Diċembru 1974 | 27 ta' Diċembru 1976 | |
2 | Anton Buttigieg | 27 ta' Diċembru 1976 | 27 ta' Diċembru 1981 | |
Albert Hyzler (aġent) |
27 ta' Diċembru 1981 | 15 ta' Frar 1982 | ||
3 | Agatha Barbara | 15 ta' Frar 1982 | 15 ta' Frar 1987 | |
Paul Xuereb (aġent) |
15 ta' Frar 1987 | 4 ta' April 1989 | ||
4 | Ċensu Tabone | 4 ta' April 1989 | 4 ta' April 1994 | |
5 | Ugo Mifsud Bonnici | 4 ta' April 1994 | 4 ta' April 1999 | |
6 | Guido de Marco | 4 ta' April 1999 | 4 ta' April 2004 | |
7 | Eddie Fenech Adami | 4 ta' April 2004 | 4 ta' April 2009 | |
8 | George Abela | 4 ta' April 2009 | 4 ta' April 2014 | |
9 | Marie Louise Coleiro Preca | 4 ta' April 2014 | 4 ta' April 2019 | |
10 | George Vella | 4 ta' April 2019 | 4 ta' April 2024 | |
11 | Myriam Spiteri Debono | 4 ta' April 2024 | fil- kariga |
L-uffiċċju uffiċjali tal-President huwa l-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta. Residenzi presidenzjali oħra jinkludu:
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.