Premier League 2007–08
From Wikipedia, the free encyclopedia
L-istaġun 2007–08 tal-Premier League kien is-sittax-il wieħed minn mindu ġie stabbilit. L-ewwel partiti tal-istaġun intlagħbu fil-11 ta' Awwissu 2007 u l-istaġun spiċċa bl-aħħar sett ta' partiti fil-11 ta' Mejju 2008. Manchester United, li fl-istaġun ta' qabel kienu rebħu l-kampjonat, żammew dan it-titlu nazzjonali għal sena oħra konsekuttiva, biex b'hekk kisbu l-għaxar titlu tal-Premiership u s-sbatax-il titlu mill-ogħla diviżjoni Ingliża.
Rebbieħa | Manchester United |
---|---|
Relegati |
Reading Birmingham City Derby County |
Logħbiet | 380 |
Gowls skurjati | 1002 (2.64 kull logħba) |
Bidu tal-istaġun | 11 ta' Awwissu 2007 |
Tmiem tal-istaġun | 11 ta' Mejju 2008 |
← 2006–07 2008–09 → |
L-ewwel gowl li ġie skurjat fl-istaġun il-ġdid kien dak minn Michael Chopra, li skorja fl-94 minuta fir-rebħa tat-tim promoss ta' Sunderland fuq Tottenham.[1] L-ewwel karta ħamra ngħatat lil Dave Kitson ta' Reading wara li għamel daħla ħażina fuq Patrice Evra ta' Manchester United fil-partita tal-ftuħ.[2] L-ewwel tripletta tal-istaġun waslet mingħand il-plejer ta' Arsenal, Emmanuel Adebayor, li skorja fil-partita kontra Derby County.[3]
Fid-29 ta' Settembru 2007, Portsmouth rebħu lil Reading 7–4, fejn din kienet l-ikbar rebħa fl-istorja tal-Premier League Ingliż.[4] Fil-15 ta' Diċembru 2007, kemm Roque Santa Cruz ta' Blackburn Rovers kif ukoll Marcus Bent ta' Wigan Athletic skurjaw tripletta fit-telfa ta' 5–3 li Wigan sofrew f'darhom kontra Blackburn. Din kienet l-ewwel okkażżjoni fl-istorja tal-Premier League li żewġ plejers ta' żewġ timijiet opposti skurjaw tripletta fl-istess partita.