Palazz ta' Drottningholm
palazz irjali fi Stokkolma, l-Iżvezja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Palazz ta' Drottningholm (bl-Iżvediż: Drottningholms slott) huwa r-residenza privata tal-familja rjali Żvediża. Drottningholm jinsab qrib Stokkolma, il-belt kapitali tal-Iżvezja. Inbena fuq il-gżira ta' Lovön (fil-Muniċipalità ta' Ekerö tal-Kontea ta' Stokkolma), u huwa wieħed mill-Palazzi Rjali tal-Iżvezja. Oriġinarjament inbena fl-aħħar tas-seklu 16, u ntuża bħala residenza regolari tas-sajf tal-qorti rjali Żvediża għall-biċċa l-kbira tas-seklu 18. Minbarra li huwa r-residenza privata tal-familja rjali Żvediża, il-palazz huwa attrazzjoni turistika popolari.