![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/2/2d/Tarsipes_rostratus_-_Gould.jpg/640px-Tarsipes_rostratus_-_Gould.jpg&w=640&q=50)
Nektarivoru
From Wikipedia, the free encyclopedia
Fiż-żooloġija, Nektarivoru (mil-Latin u l-Grieg: nektar - "nektari-" li tfisser xarba tal-Allat, u vorare - "-voru" li tfisser tibla u taħtaf l-ikel), ħafna drabi hija definita bħala kwalunkwe annimal li jiekol in-nektar (likwidu bl-livell għoli ta' zokkor) li jipproduċu l-pjanti tal-fjuri. Din hija dieta erbivora speċjalizzata u dawn l-annimali normalment huma selettivi ħafna u jieklu minn ftit speċi biss ta' pjanti tal-fjuri u jagħżlu bir-reqq fjuri li għandhom livelli għolja ta' nutrijenti.
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/2/2d/Tarsipes_rostratus_-_Gould.jpg/320px-Tarsipes_rostratus_-_Gould.jpg)
Il-biċċa l-kbira tal-annimali nektarivori huma insetti u għasafar, għalkemm ma' dawn hemm bosta speċi ta' friefet il-lejl speċjalment fil-Lbiċ tal-Istati Uniti u l-Messiku, kif ukoll il-mammiferu marsupjal tal-Awstralja, il-Possum tal-għasel u l-wiżgħat tal-ġeneru Phesulma fil-gżejjer tal-Mawrizji fl-Oċean Indjan.
It-terminu nektarivoru jew nektarivoru huwa ħafna anqas esklussiv mit-termini l-oħrajn bis-suffiss -voru, għax ħafna annimali kkunsidrati nektarivori jista' jkun il-każ li jkunu parzjalment insettivori wkoll.
Ħafna speċi huma ħallelin tan-nektar, għax ma jgħinux lill-pjanta fl-impollinazjoni iżda jikkunsmaw xorta in-nektar li tipproduċi.