Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fir-Russja From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Monumenti Storiċi f'Novgorod u fl-Inħawi huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li jinkludi 37 monument Medjevali f'Veliky Novgorod, ir-Russja, u fl-inħawi. Is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1992.[1]
Bejn is-sekli 9 u 15, Novgorod kienet waħda mill-iżjed bliet sinifikanti tar-Rus Medjevali. Kienet tinsab tul ir-rotta kummerċjali mill-Varangjani sal-Griegi u kienet iċ-ċentru tar-Repubblika ta' Novgorod, li kienet tinkludi l-biċċa l-kbira tal-Majjistral tar-Russja attwali. Mis-seklu 12, kienet eżempju ta' repubblika Medjevali, fejn id-deċiżjonijiet kienu jittieħdu permezz ta' veche – laqgħa tal-popolazzjoni tal-belt – u l-prinċep kien jiġi elett. L-unika belt Russa oħra b'organizzazzjoni simili kienet Pskov. Novgorod kienet waħda mill-ftit żoni fir-Rus li ma ġietx affettwata mill-invażjoniiet tal-Mongoli, u għaldaqstant, b'mod partikolari, fis-seklu 14 f'Novgorod il-kostruzzjoni ekkleżjastika baqgħet attiva, filwaqt li fil-kumplament tar-Rus din staġnat. Novgorod kienet ukoll is-sede tal-arċisqof u ċentru kulturali importanti. L-iżjed manuskritti Russi bikrin magħrufa ġew prodotti f'Novgorod fis-seklu 11. L-arkitettura Russa b'binjiet bojod u l-pittura Russa oriġinaw minn Novgorod u minn Pskov. Wieħed mill-iżjed pitturi Medjevali Russi importanti, Teofanu l-Grieg, kien tassew attiv f'Novgorod.
Il-Monumenti Storiċi f'Novgorod u fl-Inħawi ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1992.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[1]
Il-monumenti kollha li ġejjin jiffurmaw parti minn dan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Bosta minnhom huma amministrati mill-Mużew ta' Novgorod. Il-komponenti huma:
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.