Mina tal-Imħabba ta' Klevan
sezzjoni ta' linja ferrovjarja qrib Klevan, l-Ukrajna From Wikipedia, the free encyclopedia
sezzjoni ta' linja ferrovjarja qrib Klevan, l-Ukrajna From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Mina tal-Imħabba ta' Klevan (bl-Ukren: Туне́ль Коха́ння, Tunel Kokhannya) hija sezzjoni ta' linja ferrovjarja industrijali li tinsab qrib Klevan, l-Ukrajna, u tikkollegaha ma' Orzhiv. Din is-sezzjoni tal-linja ferrovjarja hija mdawra minn ħnejjiet bil-ħdura[1] u hija twila bejn tliet kilometri u ħames kilometri. Hija magħrufa bħala post għal qalb il-koppji għal xi mixja romantika.[2]
Il-linja ferrovjarja tibda fl-istazzjon ta' Klevan, fuq il-linja Kovel-Rivne, u tlaħħaq saż-żona tat-Tramuntana ta' Orzhiv, li hija moqdija wkoll minn stazzjon fuq il-linja ferrovjarja prinċipali. Il-linja kollha hija twila madwar 6.4 kilometri, u madwar 4.9 kilometri huma miksija bil-foresti, u fihom il-Mina tal-Imħabba hija twil bejn tliet kilometri u 4.9 kilometri, skont minn fejn wieħed jibda jkejjilha.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.