![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/3/30/Mercury_in_color_-_Prockter07_centered.jpg/640px-Mercury_in_color_-_Prockter07_centered.jpg&w=640&q=50)
Merkurju (pjaneta)
From Wikipedia, the free encyclopedia
Merkurju () huwa l-pjaneta l-aktar viċin tax-Xemx, u t-tieni l-iżgħar pjaneta tas-Sistema Solari. Merkurju jorbita f’inqas minn 88 jum. Qatt 'il bogħod wisq mix-Xemx, Merkurju xi drabi jista’ jidher jiddi fil-baxx tal-punent immedjatament wara nżul ix-Xemx jew baxx fil-lvant eżatt qabel ż-żerniq.
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/3/30/Mercury_in_color_-_Prockter07_centered.jpg/640px-Mercury_in_color_-_Prockter07_centered.jpg)
Ir-Rumani semmew dan il-pjaneta wara d-divinità Rumana Merkurju, possibilment minħabba l-moviment pjuttost veloċi tiegħu. Is-simbolu astronomiku ta' Merkurju huwa ċirku fuq linja qasira vertikali, b'salib taħt u nofs-ċirku fuq iċ-ċirku. Din hija verżjoni stilizzata ta' ras id-divinità bl-elmu tal-ġwienaħ. Qabel il-5 seklu QK, dan il-pjaneta kellu żewġ ismijiet, għax kien għadu mhux magħruf illi dan il-pjaneta seta jidher fuq iż-żewġ naħat tax-xemx; b'hekk ħoloq ċertu konfużjoni. Filgħaxija kien magħruf bħala Ermes, filwaqt li meta kien jidher filgħodu kien magħruf bħala Apollo, li kien assoċjat ħafna ma' l-alla Grieg tax-xemx, Elios. Pitagora huwa kreditat talli għaraf li dawn iż-"żewġ pjaneti" kienu fil-verità, l-istess pjaneta.
Il-kulturi Ċiniżi, Koreani u Ġappuniżi jirreferu għal dan il-pjaneta bħala l-Istilla ta' l-Ilma, ibbażat fuq il-Ħames Elementi.