![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/3/3b/Maneskin_2018.jpg/640px-Maneskin_2018.jpg&w=640&q=50)
Måneskin
grupp mużikali rock Taljan / From Wikipedia, the free encyclopedia
Måneskin[1] (pronunzja bit-Taljan: [ˈmɔːneskin][2]; pronunzja bid-Daniż: [ˈmɔːnəˌske̝nˀ][3]; li bid-Daniż tfisser “dawl tal-qamar”) huwa grupp mużikali rock Taljan li ngħaqad f’Ruma fl-2016. Il-grupp mużikali huwa magħmul minn Damiano David (vuċi), Victoria De Angelis (bass), Thomas Raggi (kitarra) u Ethan Torchio (tnabar).[4] Meta ngħaqad il-grupp kien idoqq fit-toroq, iżda mbagħad sar popolari ħafna wara li spiċċa t-tieni fil-ħdax-il staġun tat-talent show X Factor fl-Italja fl-2017 u ffirma mat-tikketta diskografika Sony, filwaqt li kiseb prominenza internazzjonali meta rebaħ il-Festival Mużikali ta’ Sanremo fl-2021 u l-Festival tal-Eurovision tal-2021 – f’dan tal-aħħar irrappreżenta l-Italja bil-kanzunetta "Zitti e buoni".
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/3/3b/Maneskin_2018.jpg/640px-Maneskin_2018.jpg)
Wara li rrilaxxa żewġ albums, Il ballo della vita (2018) u Teatro d'ira: Vol. I (2021), EP wieħed, u tmien singles, il-grupp laħaq il-quċċata tal-klassifiki mużikali Taljani u Ewropej diversi drabi, u kkollezzjona 23 ċertifikazzjoni tal-platinu u sitta tad-deheb mill-FIMI[5], b’bejgħ ta’ iżjed minn miljun diska fl-Italja qabel l-iżvolta ta’ wara l-Eurovision. Fl-2021, il-Måneskin sar l-ewwel grup mużikali Taljan li laħaq l-aqwa 10 fil-Klassifika tas-Singles fir-Renju Unit, u s-single "Zitti e buoni" u l-kanzunetta "I Wanna Be Your Slave" wkoll laħqu l-aqwa 10 fil-Klassifika Esklużiva ta’ Billboard fl-Istati Uniti tal-aqwa 200 diska globali.[6]