Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2009
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2009 kienu t-13-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li saru matul Ġunju 2009 fost il-pajjiżi parteċipanti fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Iċ-ċerimonja tal-ftuħ saret fl-1 ta' Ġunju ġewwa Nikosija, f'Ċipru, u dik tal-għeluq saret fis-6 ta' Ġunju. Ċipru ospita din il-manifestazzjoni għat-tieni darba fl-istorja,[1] u din l-edizzjoni tagħlaq għoxrin sena ta' storja ta' dawn il-logħob, bl-ewwel edizzjoni ta' dawn l-istess logħob tmur lura għall-1989.[2] Il-kumitat organizzattiv għandu stima li l-ispiża għal dawn l-avvenimenti hu ta' 1.5 miljun ewro.[3]
Quick Facts
Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2009
| |
Pajjiż ospitu | ![]() |
Pajjiżi parteċipanti | 8 |
Atleti parteċipanti | 1500 |
Avvenimenti | 12 |
Ċerimonja tal-ftuħ | 1 ta' Ġunju 2009 |
Ċerimonja tal-għeluq | 6 ta' Ġunju 2009 |
Uffiċjalment miftuħin minn | Dimitris Christofias |
Sit uffiċjali | cyprus2009.org.cy |
Close