Logħob Olimpiku tas-sajf 2008
logħob Olimpiku li seħħ f’Beijing fl-2008 / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Logħob Olimpiku tas-sajf 2008, magħrufin uffiċjalment bħala l-Logħob tad-XXIX Olimpjadi, kienet manifestazzjoni sportiva internazzjonali li saret f'Bejġing, ġewwa ċ-Ċina, mit-8 ta' Awwissu sal-24 ta' Awwissu 2008.[1] Total ta' 10,500 atleta kienu mistennija li jikkompetu fi 302 avvenimenti minn 28 dixxiplina. L-Olimpjadi ta' Bejġing 2008 immarkaw ukoll it-tielet darba li l-Logħob Olimpiku tas-sajf saru fit-territorju Ażjatiku, wara Tokjo 1964 u Seoul 1988. Diversi KON ġodda ġew rikonoxxuti mill-KOI.
Mottu |
One World, One Dream (同一个世界 同一个梦想) (MT) Dinja Waħda, Ħolma Waħda |
---|---|
Belt | Bejġing |
Pajjiżi parteċipanti | 204 |
Atleti parteċipanti | 11,028 |
Avvenimenti | 302 fi 28 dixxiplina |
Ċerimonja tal-ftuħ | 8 ta' Awwissu |
Ċerimonja tal-għeluq | 24 ta' Awwissu |
Uffiċjalment miftuħa minn | Hu Jintao |
Ġurament tal-atleti | Zhang Yining |
Ġurament tal-ġurija | Huang Liping |
Fjamma Olimpika | Li Ning |
Grawnd | Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing |
Xi kompetizzjonijiet tal-ibburdjar, tal-għawn u t-turnew tal-futbol saru fi bliet oħra Ċiniżi, waqt li l-kompetizzjonijiet kollha tal-ekwitazzjoni saru f'Ħong Kong. Għat-tieni darba fl-istorja, l-Logħob Olimpiku ġew ospitati minn żewġ Kumitati Olimpiċi differenti. Bejġing ingħatat id-dritt li tospita l-edizzjoni tal-Olimpjadi tas-sajf 2008 mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (KOI) fit-13 ta' Lulju 2001, li ġiet preferita minn bliet oħra bħal Toronto, Pariġi, Istanbul, u Ożaka.