Lista ta' pajjiżi skont id-densità ta' popolazzjoni
lista tal-Wikimedia / From Wikipedia, the free encyclopedia
Din hija lista ta' pajjiżi u territorji klassifikati skont id-densità ta' popolazzjoni, ikkalkulata skont in-numru ta' abitanti umani għal kull kilometru kwadru jew mil kwadru, u wkoll magħżula skont l-ejra u l-popolazzjoni. Din il-lista tinkludi stati sovrani u territorji dipendenti awtogovernanti skont l-istandard ISO 3166-1; hemm ukoll elenkat f'din il-lista pajjiżi li mhumiex rikonoxxuti imma li huma de facto indipendenti. Il-figuri fit-tabella huma bbażati skont l-erjas li jinkludu korpi interni tal-ilma bħal bajjiet, għadajjar, ġibjuni u xmajjar. Din il-lista ma tinkludi entitatijiet li mhumiex imniżżla fl-ISO 3166-1, minbarra stati b'rikonoxximent limitat; għalhekk, pajjiżi kostitwenti li mhumiex fl-ISO 3166-1 u entitajiet oħra li mhumiex f'dan l-istandard bħall-Unjoni Ewropea, mhumiex imniżżla. Il-figuri wżati f'dan l-artiklu huma skont l-aħħar ċensimenti u stimi u projezzjonijiet uffiċjali. Fejn dawn id-dati mhumiex disponibbli, huma wżati l-projezzjonijiet miksuba mid-Dipartment għall-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti.[1]