lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Eġittu From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Eġittu rratifika l-Konvenzjoni fis-7 ta' Frar 1974, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
Mill-2016, l-Eġittu għandu seba' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO; sitta minnhom huma siti kulturali u wieħed huwa sit naturali. L-ewwel siti tal-Eġittu, Abu Mena, Tebe Antika u n-Nekropoli tagħha, il-Belt Storika tal-Kajr, il-Monumenti Nubjani minn Abu Simbel sa Philae u Memphis u n-Nekropoli tagħha – l-Inħawi tal-Piramidi minn Giza sa Dahshur tniżżlu fil-lista fit-tielet sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji, li saret f'Luxor, l-Eġittu fl-1979. Sit ieħor, iż-Żona ta' Santa Katarina, żdied fl-2002, u sit ieħor, Wadi Al-Hitan, żdied fl-2005.
L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
† Fil-periklu
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja
f'ettari (akri) |
Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Abu Mena† | Governorat ta' Lixandra, l-Eġittu | kulturali:
(iv) |
183 (450) | 1979 | Il-fdalijiet tal-eks belt Kristjana imqaddsa jinkludu knisja, battisterju, bażiliki, binjiet pubbliċi, toroq, monasteri, djar u studjos tax-xogħol. Dawn inbnew fuq il-qabar ta' Menas ta' Lixandra.[5] | |
Tebe Antika bin-Nekropoli tagħha | Governorat ta' Luxor,
l-Eġittu 25°44′00″N 32°36′00″E |
kulturali:
(i)(iii)(vi) |
7,390 (18,300) | 1979 | L-eks belt kapitali tal-Eġittu u l-belt ta' Amun, Tebe fiha t-tempji u l-palazzi ta' Karnak u ta' Luxor, kif ukoll in-nekropoli fil-Wied tar-Rejiet u fil-Wied tal-Irġejjen, li huma xhieda tal-quċċata taċ-ċivilizzazzjoni Eġizzjana.[6] | |
Belt Storika tal-Kajr | Governorat tal-Kajr,
l-Eġittu 30°03′00″N 31°15′40″E |
kulturali:
(i)(v)(vi) |
524 (1,290) | 1979 | Il-Kajr huwa waħda mill-eqdem bliet Iżlamiċi fid-dinja. Iċ-ċentru storiku jinsab fil-qalba tal-belt urbana moderna tal-Kajr u jmur lura għas-seklu 10 u laħaq il-quċċata tiegħu fis-seklu 14. Fih moskej, madrasas, ħamams u funtani.[7] | |
Memphis u n-Nekropoli Tagħha – il-meded tal-piramidi minn Giza sa Dahshur | Governorat ta' Giza,
l-Eġittu 30°03′00″N 31°15′40″E |
kulturali:
(i)(v)(vi) |
16,358.52 (40,422.8) | 1979 | Il-belt kapitali tar-Renju Antik tal-Eġittu għandha monumenti funebri straordinarji, inkluż oqbra tal-blat, mastaba mżejna, tempji u piramidi. Fi żmien il-qedem, il-Piramidi tal-Eġittu kienu jitqiesu bħala wieħed mis-Seba' Għeġubijiet tad-Dinja Antika.[8] | |
Monumenti Nubjani minn Abu Simbel sa Philae | Governorat ta' Aswan, l-Eġittu | kulturali:
(i)(iii)(vi) |
374 (920) | 1979 | Il-komponenti ta' dan is-sit jinsabu tul ix-xmara Nil, u jinkludu monumenti bħat-Tempju ta' Ramesses II f'Abu Simbel u s-Santwarju ta' Isis f'Philae, li ġew salvati mill-għargħar tax-xmara Nasser, frott il-kostruzzjoni tad-Diga ta' Aswan.[9] | |
Żona ta' Santa Katarina | Governorat tan-Nofsinhar tas-Sinaj,
l-Eġittu 28°33′22″N 33°58′32″E |
kulturali:
(i)(iii)(iv)(vi) |
60,100 (149,000) | 2002 | Il-monasteru Ortodoss ta' Santa Katarina huwa fost l-eqdem monasteri Kristjani li għadu attiv. Imur lura għas-seklu 6 u jinsab qrib l-Għolja ta' Horeb, fejn skont it-Testment il-Qadim, Mosè ngħata t-Tavli tal-Kmandamenti. Ir-reġjun huwa sagru għall-Kristjani, għall-Musulmani u għal-Lhud.[10] | |
Wadi Al-Hitan (Wied tal-Balieni) | Governorat ta' Faiyum, l-Eġittu | naturali:
(viii) |
20,015 (49,460) | 2005 | Wadi Al-Hitan jinsab fil-Punent tal-Eġittu u fih il-fdalijiet ta' fossili tal-Archaeoceti li issa huma estinti. Is-sit jippermetti l-immappjar tal-evoluzzjoni tal-balieni minn mammiferu tal-art għal mammiferu akkwatiku.[11] |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.