lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Laos From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Laos irratifika l-Konvenzjoni fl-20 ta' Marzu 1987, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
B'kollox il-Laos għandu tliet Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u kollha huma siti kulturali. L-ewwel Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mil-Laos, ir-Raħal ta' Luang Prabang, żdied fl-1995. L-iżjed sit li żdied reċentement mil-Laos huwa s-Siti tal-Ġarer Megalitiċi fi Xiengkhuang – il-Pjanura tal-Ġarer, fl-2019.
L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja
f'ettari (akri) |
Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Raħal ta' Luang Prabang | Luang Prabang | kulturali: (ii), (iv), (v) | — | 1995 | Luang Prabang, il-belt kapitali tar-renju ta' Lan Xang bejn is-sekli 14 u 16, kienet is-sede rjali u reliġjuża tal-Protettorat Franċiż ta' Laos bejn l-1893 u l-1946. L-arkitettura tal-belt tirrappreżenta fużjoni ta' żewġ stili: l-istil tradizzjonali ta' Laos u l-istil kolonjali Ewropew tal-aħħar tas-seklu 19 u tal-bidu tas-seklu 20. Fost il-binjiet hemm tempji Buddisti, kif ukoll binjiet amministrattivi u residenzjali. Ir-raħal huwa ppreservat sew u fl-2013 saret modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tiegħu.[5] | |
Vat Phou u Insedjamenti Antiki Assoċjati fi ħdan il-Pajsaġġ Kulturali ta' Champasak | Champasak | kulturali: (iii), (iv), (vi) | — | 2001 | Vat Phou (fl-istampa) huwa tempju Induista li nbena taħt l-Imperu Khmer li kkontrolla r-reġjun mis-seklu 10 sas-seklu 14. Il-pajsaġġ kulturali jinkludi wkoll il-fdalijiet ta' tempji, irħula u strutturi tal-immaniġġjar tal-ilma, li jmorru lura għas-sekli 5 sa 15. Il-konfigurazzjoni tat-tempju tirrifletti l-kunċett Induist ta' assi li jikkollega l-għolja ta' Phou Khao max-xmara Mekong.[6] | |
Siti tal-Ġarer Megalitiċi fi Xiengkhuang – Pjanura tal-Ġarer | Xiangkhouang | kulturali: (iii) | — | 2019 | Dan is-sit jinkludi 15-il komponent individwali bi fdalijiet ta' kultura megalitika ta' Żmien il-Ħadid li kienet teżisti bejn wieħed u ieħor mill-500 Q.K. sal-500 W.K. Il-"ġarer" jirreferu għal iżjed minn 2,000 ġarra ċilindrika tal-ġebel li kienu jintużaw għall-prattiki funebri. Hemm ukoll ċrieki tal-ġebel solidu li x'aktarx kienu jintużaw bħala għotjien għall-ġarer, siti funebri oħra, u barrieri preżenti fil-komponenti l-oħra.[7] |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.