![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/6/61/Lalibela.jpg/640px-Lalibela.jpg&w=640&q=50)
Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Etjopja
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Etjopja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Etjopja kienet minn tal-ewwel li rratifikat il-Konvenzjoni fis-6 ta' Lulju 1977, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/6/61/Lalibela.jpg/640px-Lalibela.jpg)
L-ewwel Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tniżżlu mill-Etjopja kienu l-Knejjes Imħaffrin fil-Blat ta' Lalibela u l-Park Nazzjonali ta' Simien fl-1978. L-iżjed siti li żdiedu reċentement mill-Etjopja huma l-Park Nazzjonali tal-Muntanji ta' Bale u l-Pajsaġġ Kulturali ta' Gedeo, fl-2023. L-Etjopja b'kollox għandha ħdax-il Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, disa' kulturali u tnejn naturali.