![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/c/c6/Wat_srichum_03.jpg/640px-Wat_srichum_03.jpg&w=640&q=50)
Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fit-Tajlandja
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-Tajlandja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] It-Tajlandja rratifikat il-Konvenzjoni fis-17 ta' Settembru 1987, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/c/c6/Wat_srichum_03.jpg/640px-Wat_srichum_03.jpg)
B'kollox it-Tajlandja għandha tmien Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, ħamsa kulturali u tlieta naturali. L-ewwel tliet Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mit-Tajlandja żdiedu fl-1991: il-Belt Storika ta' Ayutthaya, il-Belt Storika ta' Sukhothai u Rħula Storiċi Assoċjati, u s-Santwarji tan-Natura Selvaġġa ta' Thungyai-Huai Kha Khaeng. L-iżjed siti li żdiedu reċentement mit-Tajlandja huwa l-Belt Antika ta' Si Thep u l-Monumenti Dvaravati Assoċjati, fl-2023, u Phu Phrabat, xhieda tat-tradizzjoni Sīma tal-perjodu Dvaravati.