Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fit-Taġikistan
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-Taġikistan / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] It-Taġikistan irratifika l-Konvenzjoni fit-28 ta' Awwissu 1992, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
It-Taġikistan għandu żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, wieħed kulturali u wieħed naturali. L-ewwel sit li tniżżel mit-Taġikistan kien is-Sit Proto-Urban ta' Sarazm, fl-2010, filwaqt li l-iżjed sit li żdied reċentement huwa l-Park Nazzjonali tat-Taġikistan (il-Muntanji Pamir), fl-2013.