![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/5/51/Gunung_Kinabalu_Sabah.jpg/640px-Gunung_Kinabalu_Sabah.jpg&w=640&q=50)
Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Malażja
lista tas-Siti ta' Wirt DInji tal-UNESCO fil-Malażja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Malażja rratifikat il-Konvenzjoni fis-7 ta' Diċembru 1988, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/5/51/Gunung_Kinabalu_Sabah.jpg/640px-Gunung_Kinabalu_Sabah.jpg)
B'kollox il-Malażja għandha erba' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u kollha huma siti kulturali. L-ewwel żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Malażja, il-Park Nazzjonali ta' Gunung Mulu u l-Park Nazzjonali ta' Kinabalu, żdiedu fis-sena 2000. L-iżjed sit li żdied reċentement mill-Malażja huwa l-Wirt Arkeoloġiku tal-Wied ta' Lenggong fl-2012.