![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/7/7f/Korea-Gyeongju-Seokguram-12.jpg/640px-Korea-Gyeongju-Seokguram-12.jpg&w=640&q=50)
Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Korea t'Isfel
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Korea t'Isfel / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Korea t'Isfel irratifikat il-Konvenzjoni fl-14 ta' Settembru 1988, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/7/7f/Korea-Gyeongju-Seokguram-12.jpg/640px-Korea-Gyeongju-Seokguram-12.jpg)
B'kollox il-Korea t'Isfel għandha 17-il Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, 15 kulturali u tnejn naturali. L-ewwel tliet Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Korea t'Isfel żdiedu fl-1995: Santwarju ta' Jongmyo, it-Tempju ta' Haeinsa, u l-Grotta ta' Seokguram u t-Tempju ta' Bulguksa. L-iżjed sit li żdied reċentement mill-Korea t'Isfel huwa t-Tumbati Funebri ta' Gaya, fl-2023.