![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/1/15/Tour_Saint-Jacques_au_cr%25C3%25A9puscule.jpg/640px-Tour_Saint-Jacques_au_cr%25C3%25A9puscule.jpg&w=640&q=50)
Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fi Franza
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fi Franza / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Franza rratifikat il-Konvenzjoni fis-27 ta' Ġunju 1975, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/1/15/Tour_Saint-Jacques_au_cr%C3%A9puscule.jpg/640px-Tour_Saint-Jacques_au_cr%C3%A9puscule.jpg)
B'kollox, Franza għandha 52 Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO b'kollox. 44 minnhom huma siti kulturali, 7 huma siti naturali, u hemm sit imħallat. Ħames siti huma transnazzjonali. L-ewwel sit tniżżel fil-lista fl-1979 u l-iżjed sit reċenti tniżżel fil-lista fl-2023. Fl-1979 tniżżlu ħames siti.