![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/2/2d/Feldhase.jpg/640px-Feldhase.jpg&w=640&q=50)
Liebru
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-liebri (sing. Liebru) huma l-leporidi tal-ġeneru Lepus għalkemm uħud minn dawn jissejħu fniek ħmir u erba' speċi oħra ta' leporidi tal-ġeneri Caprolagus u Pronolagus xi drabi jissejħu liebru u liebru l-ġebel rispettivament ukoll, biss dawn huma fniek.
Liebri | |
---|---|
![]() | |
Liebru Ewropew (Lepus europaeus) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Lepus Linnaeus, 1758 |
Sottoġeneri | |
|
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/2/2f/Skull_of_a_hare.png/640px-Skull_of_a_hare.png)
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/b/b8/Kaninchen_Schneidezaehne-drawing.jpg/320px-Kaninchen_Schneidezaehne-drawing.jpg)
Il-liebri huma mammiferi ta' ħeffa kbira (eż. il-Liebru Ewropew Lepus europaeus kapaċi jilħaq veloċità ta' 70 kilometru jew 45 mil fis-siegħa).
Normalment il-liebru huwa mammiferu ta' natura mistħija u jgħix ħajja solitarja jew bħala par, għalkemm il-Liebru Ewropew jibdel l-attitudni tiegħu lejn ir-rebbiegħa fejn dawn jibdew jiġru wara xulxin matul il-ġurnata fid-dawl tax-xemx f'nofs il-kampanja. Din l-imġiba hija xejn aktar ħlief kompetizzjoni bejn l-irġiel biex jakkwistaw id-dominanza u b'hekk aċċess għal aktar nisa biex jirriproduċu magħhom. Waqt dan iż-żmien ta' freneżija fost il-liebri, wieħed jista' jarahom jagħtu u jiġġieldu bl-idejn. Għal żmien twil ħafna kienu jaħsbu li dan kien ikun ġlied ta' kompetizzjoni bejn l-irġiel, iżda minn osservazzjonijiet aktar fil-qrib irrisulta li dan ma kienx ħlief ġlied bejn in-nisa u l-irġiel, biex in-nisa juru li għadhom m'humiex lesti għat-tgħammir jew biex jaraw id-determinazzjoni ta' l-irġiel.
Il-liebri ma jgħixux bħal biċċa l-kbira tal-fniek f' bejta taħt l-art u dan lanqas meta jasal iż-żmien taż-żrameġ. It-twelid taż-żgħar isir ġo bejta magħmulha minn ħofra baxxa jew fil-ħaxix mirfus u mgħaffeġ mill-omm. Din mhijiex problema għaż-żrameġ għax huma addattati għan-nuqqas ta' protezjoni fisika billi jitwieldu miksijjin bil-pil u b'għajnejhom miftuħa, b'hekk ftit żmien wara t-twelid dawn ikunu kapaċi jaħsbu għalihom infushom, għall-kuntrarju taż-żrameġ tal-fniek fejn dawn jitwieldu għomja, mingħajr pil u totalment dipendenti fuq l-omm.