Kerċem
From Wikipedia, the free encyclopedia
Kerċem, jew Ta' Kerċem hi lokalita Għawdxija b'popolazzjoni ta' madwar 1,665 ruħ, u tinkludi fiha bosta postijiet naturali fosthom il-wied tal-Lunzjata, l-għoljiet Tal-Mixta, Għar Ilma, kif ukoll l-Għadira ta' San Raflu li tibqa' twassal sal-irdum tax-Xlendi.
Kerċem | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Għawdex | ||
Isem uffiċjali | Kerċem | ||
Ismijiet oriġinali | Kerċem | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 36.0406°N 14.2297°E / 36.0406; 14.2297 | ||
Superfiċjenti | 5.5 kilometru kwadru | ||
Għoli | 131 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 1,938 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
Informazzjoni oħra | |||
bliet ġemellati | Orvieto | ||
kercem.gozo.com |
Studjużi u Arkeologi jsostnu li l-post fejn illum hemm dan ir-raħal kien abitat saħansitra mill-fażi ta' Għar Dalam (5000-4500 QK) Sejbiet arkeoloġiċi f'dan ir-raħal jikkonsistu ukoll f'ċimiterju Nisrani antik, imsejjaħ "iċ-Ċimiterju ta' Għar Gerduf", imsemmi ukoll fil-Ktieb ta' Ġan Piet Agius De Soldanis. Riċentament instabu oqbra maħsuba li huma mill-Fażi Tarxien(3000-2500 QK), u li għadhom fil-fażi ta' skavar
Ir-raħal beda jespandi u jiżviluppa f'komunita' fil-Perjodu tal-Medju Evu, madwar kappella ddedikata lil Papa San Girgor il-Kbir, li hu wieħed mill-Patruni tar-raħal flimkien mal-Madonna tas-Sokkors. Fl-1885, ir-raħal ta' Kerċem sar uffiċċjalment parroċċa mill-Isqof Pietru Pace.
Ir-raħal ta' Kerċem għandu ukoll is-subborg tiegħu imsejjaħ "Santa Luċija" mibni ukoll madwar knisja żgħira iddedikata lill-qaddisa Santa Luċija Verġni u Martri. Dan il-post hu kkaratteriżżat mill-paċi u s-serenita' li wieħed għadu jista' jsib sal-lum.
Fost in-nies l-aktar importanti mir-raħal ta' Kerċem hemm Madre Margerita Debrincat (fundatriċi tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesù), l-Avukat Anton Calleja (Membru tal-Assemblea Leġiżlattiva), u l-Kavallier Peter Paul Grech (Ghalliem u Assistent Direttur tal-Edukazzjoni)