It-Tripletta
From Wikipedia, the free encyclopedia
It-Tripletta (jew aħjar bl-Ingliż, The Treble) huwa terminu fil-futbol li jintuża' biex jirreferi għal klabb li jkun rebaħ il-kampjonat nazzjonali, l-aqwa tazza domestika u t-tazza tal-kompetizzjoni kontinentali fl-istess staġun. Ġeneralment, tripletta tinqasam fi tliet kategoriji diversi. Dawn huma, it-Tripletta Kontinentali – għal tim li jirbaħ il-kampjonat domestiku, l-aqwa tazza domestika u l-aqwa tazza kontinentali, u t-Tripletta Domestika – tikkonsisti mill-kampjonat u rebħiet fiż-żewġ tazzi nazzjonali.
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/e/ec/PalmaresManU.jpg)
L-FA Community Shield (jew trofej minuri oħra simili), is-Supertazza Ewropea (jew dawk minn konfederazzjonijiet oħra), is-Supertazzi domestiċi (bħas-Supertazza tal-Italja, is-Supertazza ta' Spanja), it-Tazza Interkontinentali, jew it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs huma rari riferuti bħala parti mit-tripletta.
Tripletta oħra distinti hi t-Tripletta Internazzjonali, li tikkonsisti mill-aqwa kompetizzjoni kontinentali (għall-UEFA, il-Kampjonati Ewropej), it-Tazza tad-Dinja u t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet. Din hi differenti mit-tripletti l-oħra hekk kif hu impossibbli li tirbaħ dawn kollha fi staġun wieħed jew f'sena ta' kalendarju; pajjiż li jikseb din it-tripletta hu kkunsidrat bħala d-detentur tat-tliet trofej fl-istess ħin.
Ir-rebħ ta' erba' trofej rari sseħħ, fejn din tissejjaħ Il-Kwadruplu u tikkonsisti mir-rebħ tat-tazza kontinentali u tliet tazzi domestiċi. Dan l-avveniment seħħ darba biss fl-istorja mit-tim ta' Celtic lura fl-1967.