From Wikipedia, the free encyclopedia
Hirohito (裕仁; twieled fid-29 ta' April 1901 – miet fis-7 ta' Jannar 1989) kien il-124 Imperatur tal-Ġappun skont l-ordni tradizzjonali, u rrenja bejn il-25 ta' Diċembru 1926 sa mewtu fl-1989. Għalkemm magħruf aħjar barra mill-Ġappun b'ismu Hirohito personali, fil-Ġappun hua magħruf aktar bħala Imperatur Shōwa (昭和天皇), titlu li ngħatalu wara mewtu. Il-kelma Shōwa huwa l-isem tal-era li tikkorrispondi mar-renju tal-Imperatur, u eventwalment sar isem l-Imperatur innifsu mal-mewt tiegħu. L-isem Hirhito jfisser "benevolenza abbundanti".
Hirohito | |||||
---|---|---|---|---|---|
25 Diċembru 1926 - 7 Jannar 1989 ← Emperor Taishō (en) - Akihito (en) →
| |||||
Ħajja | |||||
Twelid | Akasaka Estate (en) , 29 April 1901 | ||||
Nazzjonalità | Ġappun | ||||
L-ewwel lingwa | Ġappuniż | ||||
Mewt | Fukiage Gyoen (en) , 7 Jannar 1989 | ||||
Post tad-dfin | Musashi Imperial Graveyard (en) | ||||
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (duodenum adenocarcinoma (en) ) | ||||
Familja | |||||
Missier | Emperor Taishō | ||||
Omm | Empress Teimei | ||||
Konjuga/i | Kōjun (en) | ||||
Ulied | |||||
Aħwa | |||||
Tribù | Imperial House of Japan (en) | ||||
Edukazzjoni | |||||
Alma mater | Gakushūin (en) | ||||
Lingwi | Ġappuniż | ||||
Okkupazzjoni | |||||
Okkupazzjoni |
bniedem militari diplomatiku marine biologist (en) żoologu monarka aristokratiku | ||||
Tul | 1.65 m | ||||
Xogħlijiet importanti | Hirohito surrender broadcast (en) | ||||
Premjijiet |
List
| ||||
Sħubija | Soċjetà Rjali | ||||
Servizz militari | |||||
Grad | dai-gensui (en) | ||||
Iġġieldu | It-Tieni Gwerra Dinjija |
Fil-bidu tar-renju tiegħu, il-Ġappun kien diġà wieħed mill-poteri l-kbar, bid-disa' l-akbar ekonomija fid-dinja, it-tielet l-akbar qawwa navali u wieħed mill-membri permanenti tal-kunsill tas-Soċjetà tan-Nazzjonijiet. Hu kien il-kap tal-istat taħt il-Kostituzzjoni tal-Imperu tal-Ġappun matul l-espansjoni imperjali, militarizzazzjoni u involviment tal-Ġappun fit-Tieni Gwerra Dinjija. Wara ċ-ċediment tal-Ġappun hu ma ġiex ipproċessat għar-reati tal-gwerra bħal diversi figuri oħra governattivi, u l-involviment tiegħu fid-deċiżjonijiet meħuda fil-gwerra għadha kontroversjali. Wara l-gwerra hu sar simbolu tal-istat il-ġdid taħt il-kostituzzjoni l-ġdida u sa tmiem ir-renju tiegħu, Ġappun ħarġet bħala t-tieni l-akbar ekonomija dinjija.
Hirohito twieled fil-Palazz Aoyama f'Tokjo, iben il-Prinċep Yoshihito (dak li kellu jkun l-Imperatur Taishō) u l-Prinċipessa Sadako (il-futura Imperatriċi Teimei). Hu kien in-neputi tal-Imperatur Meiji u Yanagihara Naruko. It-titlu tiegħu fi tfulitu kien Prinċep Michi. Fl-1908, beda l-istudji primarja tiegħu fl-istituzzjoni ta' Gakushūin.
Meta nannuh, l-Imperatur Meiji, miet fit-30 ta' Lulju 1912, missier Hirohito, Yoshihito, ħa t-tron u Hirohito sar l-eredi. Fl-istess żmien ġie mdaħħal fl-armata u fil-flotta navali bħala t-tieni logutent u alfier, rispettivament. Fl-1914, ġie promoss fil-grad ta' logutent fl-armata u sotto-logutent fin-navi, imbagħad għal kaptan u logutent fl-1916. Fit-2 ta' Novembru 1916, ġie uffiċjalment imħabbbar bħala l-eredi tat-tron.
Predeċessur Imperatur Taishō |
Imperatur tal-Ġappun 25 ta' Diċembru 1926 – 7 ta' Jannar 1989 |
Suċċessur |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.