![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/a/a9/Fans_of_the_Angolan_national_football_team_in_Cologne.jpg/640px-Fans_of_the_Angolan_national_football_team_in_Cologne.jpg&w=640&q=50)
Grupp D tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006
From Wikipedia, the free encyclopedia
Grupp D tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 li saret fil-Ġermanja, kien jikkonsisti minn erba' timijiet. Il-logħob minn dan il-grupp kien bejn l-11 ta' Ġunju 2006 u l-21 ta' Ġunju. Il-Portugall rebħu l-grupp, u avvanzaw għat-tieni rawnd, flimkien mal-Messiku. L-Angola u l-Iran naqsu li javvanzaw.
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/a/a9/Fans_of_the_Angolan_national_football_team_in_Cologne.jpg/640px-Fans_of_the_Angolan_national_football_team_in_Cologne.jpg)
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/7/7d/Fans_of_the_Portuguese_national_football_team_in_Cologne_1.jpg/640px-Fans_of_the_Portuguese_national_football_team_in_Cologne_1.jpg)
Artiklu prinċipali: Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Qabel il-bidu tal-kampjonat, xi esperti sportivi assiguraw kwalifikazzjoni ħafifa għall-Messiku u l-Portugall meta dawn kien se jaffrontaw lid-debuttanti tal-Angola u l-Iran. Fl-ewwel partita, il-Messiku irnexxielha tirbaħ 3–1 lill-Iranjani, minkejja li kellhom prestazzjoni aktarx fqira, sakemm fil-75 minuta Omar Bravo ta l-vantaġġ lill-Messikani, meta sa dak il-ħin il-partita kienet pari. Minkejja r-rebħa, il-Messiku wrew xi dubji fil-logħob tagħhom. Il-Portugall, min-naħa l-oħra, rebħu lill-Angola grazzi għal gowl ta' Pauleta fil-Ħames minuta, f'partita mingħajr intensità.
Sussegwentament, il-Messiku affaċċjaw lill-Angola. Il-Messikani naqsu li juru s-superjorità tagħhom u kien grazzi għall-gowler tal-Angola João Ricardo li r-riżultat baqa' pari ta' 0–0. Il-Portugall rebħu lill-Iran 2–0 biex assiguraw il-progress għat-tieni fażi. L-iskwadra Ażjatika, għat-tieni darba konsekuttiva, spiċċaw eliminati.
Fl-aħħar sett ta' partiti, il-Portugall iltaqgħu mal-Messiku, u l-Angola mal-Iran. L-Angola, biex jikkwalifikaw riedu kemm rebħa għalihom iżda wkoll għall-Portugall, però dan kien jiddependi min-numru ta' gowls skurjati. Il-Portugall iddominaw u rebħu lit-Tricolor 2–1, fejn l-Angola kellhom bżonn rebħa ta' 3–0. L-aspirazzjoni tal-Angola sfumat meta Sohrab Bakhtiarizadeh kiseb il-pari għall-Iran, biex b'hekk ta l-kwalifikazzjoni lill-Messiku u l-eliminazzjoni għall-Angola.