Grupp D tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008
From Wikipedia, the free encyclopedia
Grupp D tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008 hu wieħed mill-erba' gruppi tal-Kampjonati Ewropej 2008. L-ewwel partiti tal-grupp intlagħbu fl-10 ta' Ġunju, 2008, u tkomplew sat-18 ta' Ġunju 2008. Is-sitt partiti ntlagħbu fl-Awstrija, f'Innsbruck u Saliżburgu. Il-grupp kien jikonsisti miċ-ċampjins renjanti tal-Greċja, flimkien ma' Spanja, ir-Russja u l-Iżvezja. Il-Greċja, Spanja u r-Russja kienu fl-istess grupp tal-edizzjoni preċedenti.
Artiklu prinċipali: Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
Wara r-rebħa ta' 4–1 fuq ir-Russja fl-ewwel logħba, Spanja assigurat l-ewwel post fil-grupp permezz ta' rebħa ta' 2–1 fuq l-Iżvezja fit-tieni partita tagħhom. Il-kwalifikazzjoni tagħhom għall-kwarti tal-finali kienet assigurata wara li r-Russja rebħet lill-Greċja, fejn ikkundannaw liċ-ċampjins renjanti tal-Greċja biex jispiċċaw l-aħħar fil-grupp. It-tieni post li jagħti aċċess għall-kwarti tal-finali kien deċiż fil-partita bejn l-Iżvezja u r-Russja, fejn l-Iżvezja riedu biss jevitaw telfa biex jikkwalifikaw, fejn għalihom pari kien biżżejjed. Però, ir-Russi rnexxielhom jirbħu b'gowl f'kull taqsima u b'hekk kisbu post fil-kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni. Fil-partita l-oħra, minkejja li Spanja marru minn taħt lejn l-aħħar tal-ewwel taqsima, l-Ispanjoli skurjaw tnejn fit-tieni taqsima, biex saru t-tielet tim li kkwalifikaw għall-kwarti tal-finali bil-massimu tal-punti.