![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/1/13/Ferruccio_Lamborghini.jpg/640px-Ferruccio_Lamborghini.jpg&w=640&q=50)
Ferruccio Lamborghini
industrijalista Taljan u l-fundatur tal-Automobili Lamborghini / From Wikipedia, the free encyclopedia
Ferruccio Lamborghini (pronunzja bit-Taljan: [ferˈruttʃo lamborˈɡiːni]; twieled fit-28 ta' April 1916 – miet fl-20 ta' Frar 1993) kien disinjatur tal-karozzi, inventur, mekkaniku, inġinier, produttur tal-inbid, industrijalista u negozjantli ħoloq l-Automobili Lamborghini fl-1963, ditta li tipproduċi karozzi sportivi u lussużi f'Sant'Agata Bolognese, l-Italja.
Ferruccio Lamborghini | |
---|---|
![]() | |
Ħajja | |
Twelid | Cento, 28 April 1916 |
Nazzjonalità |
Renju tal-Italja Italja |
Residenza | Emilia-Romagna |
Mewt | Perugia, 20 Frar 1993 |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (attakk tal-qalb) |
Familja | |
Ulied |
uri
|
Edukazzjoni | |
Lingwi | Spanjol |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
imprenditur inġinier mekkaniku sewwieq tat-tlielaq tal-karozzi industrijalista |
Il-ġenituri tiegħu kienu jkabbru d-dwieli f'Renazzo, fil-komun ta' Cento, fir-reġjun ta' Emilia-Romagna. L-għarfien mekkaniku tiegħu wasslu biex jidħol għall-manifattura tat-tratturi fl-1948, meta stabbilixxa l-Lamborghini Trattori, li malajr saret manifattur importanti tat-tagħmir agrikolu qalb it-tkabbir ekonomiku tal-Italja wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-1959 fetaħ fabbrika tal-lampi taż-żejt, il-Lamborghini Bruciatori, li iktar 'il quddiem bdiet tipproduċi t-tagħmir tal-ajru kkundizzjonata.
Lamborghini stabbilixxa r-raba' kumpanija, il-Lamborghini Oleodinamica, fl-1969 wara li kien ħoloq l-Automobili Lamborghini fl-1963. Lamborghini bigħ ħafna mill-ishma tiegħu sal-aħħar tas-snin 70 tas-seklu 20 u rtira f'villa fl-Umbria, fejn baqa' jipproduċi l-inbid.