Fenek ta' denbu qotni tal-foresta
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Fenek ta' denbu qotni tal-foresta Sylvilagus brasiliensis, magħruf ukoll bħala Tapeti u Fenek Brażiljan, huwa mammiferu plaċentat erbivoru tal-familja Leporidae fl-ordni Lagomorpha. Din l-ispeċi hija waħda mis-16-il denb qotni tal-kontinenti Amerikani tal-ġeneru Sylvilagus u flimkien ma' 5 speċi oħra huwa miġbur fis-sottoġeneru Tapeti.
Fenek ta' denbu qotni tal-foresta | |
---|---|
![]() | |
Fenek ta' denbu qotni tal-foresta Sylvilagus brasiliensis | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Sylvilagus |
Speċi: | S. brasiliensis |
Isem binominali | |
Sylvilagus brasiliensis Linnaeus, 1758 | |
Sottospeċi | |
|
Il-Fenek ta' denbu qotni tal-foresta huwa wieħed solitarju u ta' abitudni notturni (jkun attiv bil-lejl), ħafna drabi minn ftit wara nżul ix-xemx sa ftit qabel it-tlugħ. Dan id-denb qotni jippreferi jgħix f'ambjent ta' foresta, b'abitat fil-qrib ta' artijiet ta' l-għargħar jew mal-ġnub tax-xmajjar, għalkemm kemm il-darba jinstab jiekol fil-ġonna u f'egħlieqi kkultivati.
It-Fenek ta' denbu qotni tal-foresta jew Tapeti huwa wieħed mil-ftit speċi ta' denb qotni li huwa komuni matul il-firxa tad-distribuzzjoni kollha u b'hekk ma' l-"IUCN Red List of Threatened Species" qiegħed imniżżel bħala leporidu fi stat ta' "L-inqas ħsieb" ("Least Concerned").