Element kimiku
From Wikipedia, the free encyclopedia
Element kimiku huwa sustanza pura magħmula minn tip wieħed ta’ atomi, li jikkaratterizzawh u jiddistingwuh mill-elementi l-oħra bin-numru atomiku (Z).
L-elementi jistgħu jidhru taħt forom diversi:
- taħt forma monoatomika: il-gassijiet nobbli (He, Ne, Ar, Kr, Xe, Rn).
- taħt forma molekulari: dawn huma xi eżempji H2, N2, O2, O3, F2, P4, S8, Cl2, Br2, I2.
- taħt forma ta’ ġabra kontinwa (kristallina jew amorfa) ta’ atomi marbutin b’mod kovalenti: pereżempju C, Si, B, Sb.
- taħt forma metallika: il-biċċa kbira ta’ l-elementi huma metalli, pereżempju, il-ħadid, is-sodju, id-deheb, il-kalċju, l-uranju .
L-istess element jista’ jeżisti f’forom allotropiċi differenti bħad-djamanti u l-graffit, li fihom il-karbonju għandu strutturi kristallini differenti jew l-ossiġenu diatomiku O2 u l-ożonu O3, li huma differenti fl-istruttura molekulari.
L-elementi ġew klassifikati fit-Tavla perjodika, strument tas-sintesi estremament qawwi.
Grupp | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 | 14 | 15 | 16 | 17 | 18 | ||
Perjodu | ||||||||||||||||||||
1 | 1 H |
2 He | ||||||||||||||||||
2 | 3 Li |
4 Be |
5 B |
6 C |
7 N |
8 O |
9 F |
10 Ne | ||||||||||||
3 | 11 Na |
12 Mg |
13 Al |
14 Si |
15 P |
16 S |
17 Cl |
18 Ar | ||||||||||||
4 | 19 K |
20 Ca |
21 Sc |
22 Ti |
23 V |
24 Cr |
25 Mn |
26 Fe |
27 Co |
28 Ni |
29 Cu |
30 Zn |
31 Ga |
32 Ge |
33 As |
34 Se |
35 Br |
36 Kr | ||
5 | 37 Rb |
38 Sr |
39 Y |
40 Zr |
41 Nb |
42 Mo |
43 Tc |
44 Ru |
45 Rh |
46 Pd |
47 Ag |
48 Cd |
49 In |
50 Sn |
51 Sb |
52 Te |
53 I |
54 Xe | ||
6 | 55 Cs |
56 Ba |
57 La |
* |
72 Hf |
73 Ta |
74 W |
75 Re |
76 Os |
77 Ir |
78 Pt |
79 Au |
80 Hg |
81 Tl |
82 Pb |
83 Bi |
84 Po |
85 At |
86 Rn | |
7 | 87 Fr |
88 Ra |
89 Ac |
* * |
104 Rf |
105 Db |
106 Sg |
107 Bh |
108 Hs |
109 Mt |
110 Ds |
111 Rg |
112 Cn |
113 Nh |
114 Fl |
115 Mc |
116 Lv |
117 Ts |
118 Og | |
* Lantanojdi | 58 Ce |
59 Pr |
60 Nd |
61 Pm |
62 Sm |
63 Eu |
64 Gd |
65 Tb |
66 Dy |
67 Ho |
68 Er |
69 Tm |
70 Yb |
71 Lu | ||||||
** Attinojdi | 90 Th |
91 Pa |
92 U |
93 Np |
94 Pu |
95 Am |
96 Cm |
97 Bk |
98 Cf |
99 Es |
100 Fm |
101 Md |
102 No |
103 Lr |
Metalli alkalini | Metalli alkalini ta' l-art | Lantanojdi | Attinojdi | Metalli tal-blokka d |
Metalli tal-blokka p | Semimetalli | Non-Metalli | Aloġeni | Gassijiet nobbli |
Leġenda għall-kuluri tan-numri atomiċi:
- L-elementi nnumrati bil-blu huma likwidi f' T = 298 K e p = 1 bar;
- dawk bl-aħdar huma gassijiet f' T = 298 K e p = 1 bar;
- dawk bl-iswed huma solidi f' T = 298 K e p = 1 bar;
- dawk bl-aħmar huma artifiċjali u m'humiex naturalment preżenti fuq id-Dinja (huma kollha solidi f' T = 298 K e p = 1 bar). It-teknezju hu preżenti fi kwantitajiet minimi fil-minjieri ta' l-uranju u fil-ġganti ħomor.
- dawk bil-griż għadhom ma ġewx skoperti.
L-atomi ta’ l-istess element jista’ jkollhom numru tal-massa (A), jiġifieri numru ta’ nuklejuni, differenti. Dawn il-varjetajiet differenti jissejħu isotopi, billi għandhom l-istess post fit-tavla perjodika.
L-elementi li jinstabu naturalment fi-Dinja huma 94 (mill-idroġenu sa l-uranju mingħajr it- teknezju u l-promezju) li minhom 80 għandhom almenu isotopu stabbli wieħed. Sa issa jistgħu jinħolqu 24 oħra artifiċjalment, u għalhekk b’kollox nafu b’118 element. L-element l-iżjed tqil hu l-oganesson bin-numru atomiku ta’ 118.
Hawn taħt nagħtu tabella li tiġbor fiha xi informazzjoni fuq l-elementi, irranġati skond in-numru atomiku.