Dominju (jew superrenju, jew imperu) huwa takson li qiegħed fil-quċċata tal-iskema fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi ogħla minn ta' Renju. Dominju huwa l-aktar takson li jinkludi organiżmi fih mill-gruppi kollha bijoloġiċi. L-ismijiet jistgħu jvarjaw iżda l-arranġament dejjem jirrifletti d-differenzi fundamentali evoluzjonarji fil-ġenomi.

Il-livelli varji tas-sistema ta' klassifikazzjoni xjentifika.ĠeneruFamiljaOrdniKlassiRenjuDominju
Il-livelli varji tas-sistema ta' klassifikazzjoni xjentifika.

Il-ġerarkija tal-ikbar tmien gradi tassonomiċi tal-klassifikazzjoni xjentifika.

Hemm bosta alternattivi moderni ta' klassifikazjoni għad-dominji tal-ħajja. Fosthom hemm:

  • Is-sistema taż-żewġ imperi b'Eukaryota u Prokaryota (jew Monera) fil-quċċata.
  • Is-sistema tal-ħames renji bi Protista, Monera, Fungi, Plantae, u Animalia fil-quċċata.
  • Is-sistema ta' tliet dominji ta' Carl Woese, użata għall-ewwel darba fl-1990, b'Archaea, Eubacteria u Eukaryota bħala dominji fil-quċċata.

Dawn l-iskemi jiddependu primarjament fuq analiżi ta' dati ta' sekwenzi ġenetiċi u b'hekk wieħed għandu jistenna proposti ta' skemi ġodda.

Wikiwand in your browser!

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.

Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.