l-ewwel mara ta' Karlu, Prinċep ta' Wales (1961-1997) From Wikipedia, the free encyclopedia
Diana, Prinċipessa ta' Wales (imwielda Diana Frances Spencer; twieldet fl-1 ta' Lulju 1961 – mietet fil-31 ta' Awwissu 1997), kienet membru tal-familja rjali Brittanika. Hija kienet l-ewwel mara ta' Karlu, Prinċep ta' Wales — il-werriet apparenti tat-tron Brittaniku — u omm il-Prinċep William u l-Prinċep Harry. L-attiviżmu u l-apparenza ta' Diana wassluha biex tkun ikona internazzjonali u b'hekk kisbet popolarità dejjiema kif ukoll skrutinju pubbliku bla preċedent, li intensifikaw madwar il-ħajja privata tagħha li kienet tevolvi b'mod kostanti.
Diana, Prinċipessa ta' Wales | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Diana Frances Spencer |
Twelid | Sandringham House, 1 Lulju 1961 |
Nazzjonalità | Renju Unit |
Residenza |
Althorp Sandringham Kensington Palace (en) Highgrove House |
L-ewwel lingwa | Ingliż Brittaniku |
Mewt | Pitié-Salpêtrière Hospital (en) , 31 Awwissu 1997 |
Post tad-dfin | Althorp |
Kawża tal-mewt | mewta aċċidentali (car collision (en) ) |
Familja | |
Missier | John Spencer, 8th Earl Spencer |
Omm | Frances Shand Kydd |
Konjuga/i | Karlu III (29 Lulju 1981 - 28 Awwissu 1996) |
Koppja/i |
Dodi Fayed Hasnat Khan (en) James Hewitt (en) |
Ulied | |
Aħwa | |
Familja |
uri
|
Tribù |
House of Spencer (en) familja ta' Windsor |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
West Heath Girls' School (en) 1977) Institut Alpin Videmanette (en) Riddlesworth Hall School (en) |
Lingwi |
Ingliż Lingwa tas-Sinjali Brittanika |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
ambjentalist filantropu umanitarju persuna prominenti aristokratiku kindergarten teacher (en) attivista tal-ġlieda kontra l-HIV/AIDS benefactor (en) attivist tal-paċi mental health advocate (en) |
Premjijiet | |
Psewdonomu | Lady Diu Princess Diana |
Diana twieldet f'familja nobbli Brittanika u trabbiet qrib il-familja rjali fil-proprjetà tagħhom ta' Sandringham. Fl-1981, hi u taħdem bħala assistent ta' għalliem ta' skola tan-nuna, hija tgħarrset mal-Prinċep Karlu, l-iben il-kbir tar-Reġina Eliżabetta II. It-tieġ tagħhom seħħ fil-Katidral ta' San Pawl fl-1981 u b'hekk saret il-Prinċipessa ta' Wales, rwol li għalih intlaqgħet b'entużjażmu mill-pubbliku. Il-koppja kellha żewġ subien, William u Harry, li dak iż-żmien kienu t-tieni u t-tielet dixxendenti suċċessuri tat-tron Brittaniku. Madankollu, iż-żwieġ ta' Diana u Karlu, bata minħabba n-nuqqas ta' kompatibbiltà bejniethom u relazzjonijiet barra ż-żwieġ. Huma sseparaw fl-1992, ftit wara li l-isfaxxar tar-relazzjoni tagħhom ħareġ fil-beraħ. Id-dettalji dwar id-diffikultajiet tagħhom fiż-żwieġ kulma jmur ħarġu fl-isfera pubblika, u ż-żwieġ bejniethom spiċċa f'divorzju fl-1996.
Bħala l-Prinċipessa ta' Wales, Diana wettqet dmirijiet irjali f'isem ir-Reġina u rrappreżentata f'avvenimenti fil-pajjiżi tal-Commonwealth. Hija kienet iċċelebrata fil-mezzi tax-xandir għall-approċċ mhux konvenzjonali tagħha għax-xogħol tal-karità. Il-patroċinji tagħha inizjalment kienet iċċentrati fuq it-tfal u l-anzjani, iżda iktar 'il quddiem saret magħrufa għall-involviment tagħha f'żewġ kampanji partikolari, waħda li tinvolvi l-attitudnijiet soċjali u l-aċċettazzjoni fil-konfront tal-pazjenti bl-AIDS, u l-oħra promossa permezz tas-Salib l-Aħmar Internazzjonali għat-tneħħija tal-mini splussivi tal-art. Hija qajmet kuxjenza u tkellmet favur ukoll modi kif in-nies affettwati mill-kanċer u mill-mard mentali setgħu jiġu megħjuna. Il-Prinċipessa inizjalment kienet partikolarment mistħija, iżda l-kariżma u l-karattru amikevoli tagħha qarrbuha mal-pubbliku u għenuha żżomm ir-reputazzjoni tagħha minkejja l-isfaxxar taż-żwieġ tagħha. Hija kienet meqjusa fotoġenika ħafna, u kienet minn ta' quddiem nett fil-moda fis-snin 80 u 90 tas-seklu 20. Il-mewt ta' Diana f'ħabta bil-karozza f'Pariġi wasslet għal vistu pubbliku estensiv u attenzjoni globali fil-mezzi tax-xandir. Il-legat tagħha kellu impatt qawwi fuq il-familja rjali u s-soċjetà Brittanika.[1]
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.