![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/b/b1/Flag_of_Cura%25C3%25A7ao.svg/langmt-640px-Flag_of_Cura%25C3%25A7ao.svg.png&w=640&q=50)
Curaçao
territorju fil-Karibew li huwa parti mir-Renju tan-Netherlands / From Wikipedia, the free encyclopedia
Curaçao (Olandiż: Curacao, Papjamentu: Kòrsou) hija gżira fil-Baħar Karibew tan-Nofsinhar, 'l hinn mill-kosta tal-Veneżwela. Il-pajjiż ta' Curaçao (Olandiż: Land Curaçao, Papjamentu: Pais Kòrsou), li jinkludi l-gżira ewlenija kif ukoll il-gżejra mhux abitata ta' Klein Curaçao ("Little Curaçao") huwa pajjiż kostitwenti tar-Renju tal-Olanda. Il-kapitali hija Willemstad.
Pajjiż tal-Curaçao Pais Kòrsou |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
|
||||||
Innu nazzjonali: Himno di Kòrsou Innu tal-Curaçao |
||||||
![]() |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Willemstad 12°7′N 68°56′W | |||||
Lingwi uffiċjali | Olandiż | |||||
Gvern | Monarkija kostituzzjonali | |||||
- | Re | Willem-Alexander | ||||
- | Gvernatur | Frits Goedgedrag | ||||
- | Prim Ministru | Ivar Asjesa | ||||
Awtonomija (fir-Renju tal-Olanda) | ||||||
- | Stabbilit | 10 t'Ottubru, 2010 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 444 km2 171.4 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 0.02 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | stima tal-2010 | 142,180 | ||||
- | ċensiment tal-/ | / | ||||
- | Densità | 319/km2 (39) 821/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2008 | |||||
- | Total | $2.838 biljun | ||||
- | Per capita | $20,567 | ||||
Valuta | giulder (ANG ) |
|||||
Żona tal-ħin | AST (UTC-4) | |||||
Kodiċi telefoniku | +599-9 | |||||
TLD tal-internet | .cw |
Curaçao hija l-ikbar gżira u l-iktar popolata mit-tlett gżejjer ABC (Aruba, Bonaire u Curaçao) tal-Antilli ż-żgħar, speċifikament l-Antilli "Leeward". Għandha medda ta' 444 kilometru kwadru (171 mil kwadru). Mill-1 ta' Jannar, 2009, għandha popolazzjoni ta' 141,766. Qabel l-10 ta' Ottubru, 2010, meta ġew xolti l-Antilli Olandiżi, Curaçao kienet amministrata bħala l-gżira territorju ta' Curaçao (Olandiż: Eilandgebied Curaçao, Papjamentu: Teritorio Insular di Kòrsou), wieħed mill-ħames gzejjer territorji ta' dawk li kienu l-Antilli Olandiżi. Il-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alfa-3 CUW u l-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alfa-2 CW ġew mogħtija lil Curaçao, imma l-kodiċi ccTLD ta' l/Internet .cw għadu mhux fis-seħħ.