Claudine Picardet
From Wikipedia, the free encyclopedia
Claudine Picardet (xebba Poullet, imbagħad Guyton de Morveau) twieldet fis-7 ta' Awissu 1735 u mietet fl-4 ta' Ottubru 1820. Hija kienet xjentista tal-kimika, mineraloġista, meteoroloġista u traduttriċi xjentifika. Picardet tispikka fost ix-xjentisti tal-kimika Franċiżi tal-aħħar tas-seklu tmintax għat-traduzzjonijiet estensivi tagħha dwar il-letteratura xjentifika. Ittraduċiet mill-Iżvediż, l-Ingliż, il-Ġermaniż u t-Taljan għall-Franċiż. Picardet hi magħrufa wkoll għat-traduzzjonijiet ta' tliet kotba u eluf ta' paġni ta' xogħlijiet xjentifiċi, li ġew ippubblikati u ċċirkulati f'forma ta' manuskritt. Ospitat laqgħat xjentifiċi u letterarji f'Dijon u f'Pariġi, u kienet parteċipanta attiva fil-kollezzjoni ta' data meteroloġika. Hija għenet sabiex tistabbilixxi Dijon u Pariġi bħala ċentri xjentifiċi. Dan wassal għat-tixrid tal-għarfien xjentifiku matul perjodu kritiku fir-rivoluzzjoni kimika.
Claudine Picardet | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Claudine Poullet |
Twelid | Dijon, 7 Awwissu 1735 |
Nazzjonalità | Franza |
Mewt | Pariġi, 4 Ottubru 1820 |
Familja | |
Konjuga/i |
Claude Picardet (en) (1755 - 1794) Louis-Bernard Guyton de Morveau (en) (1798 - 1816) |
Edukazzjoni | |
Lingwi |
Franċiż Ingliż Ġermaniż Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kimiku mineraloġist meteorologu traduttur |