Ateiżmu

From Wikipedia, the free encyclopedia

Ateiżmu


Ateiżmu hija l-assenza ta' twemmin dwar allat, jew it-twemmin li ma jeżistux allat. Il-prefiss "a-" jfisser "mingħajr", u "teiżmu" jfisser twemmin f'alla jew allat. Differenti mill-agnostiċiżmu, fejn persuna tħossha inċerta dwar jekk jeżistux allat imma xorta tagħżel li temmen jew ma temminx li jeżistu.

Baron d'Holbach
Karl Marx

Jeżistu żewġ forom prinċipali ta' ateiżmu:

  • ateiżmu agnostiku huwa n-nuqqas ta' twemmin fl-allat, mingħajr twemmin espliċitu li l-allat ma jeżistux. Bniedem jista' jieħu l-pożizzjoni li, peress li m'hemm ebda provi, wieħed ma jistax ikun ċert jekk jeżistux allat jew le.
  • ateiżmu gnostiku huwa t-twemmin li ma jeżistux allat.

L-ateiżmu sikwit huwa assoċjat ma' l-umaniżmu sekulari. Għalkemm l-atei ġeneralment ma jemmnux anqas f'anġli, xjaten, irwieħ jew ħajja wara l-mewt, dan mhux neċessarjament il-każ. Fil-fatt, jeżistu reliġjonijiet, fosthom il-Buddiżmu u t-Taoiżmu, li m'għandhomx il-kunċett ta' "alla" kif jiftiehem fil-Punent, u għalhekk jistgħu ikunu atei filwaqt li jemmnu f'kunċetti oħra "sopranaturali".

Wikiwand in your browser!

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.

Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.