![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/4/43/DHAirport4.jpg/640px-DHAirport4.jpg&w=640&q=50)
Ajruport Dong Hoi
From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Ajruport Dong Hoi huwa ajruport li jinsab fil-komun ta' Loc Ninh, 6 kilometri 'l bogħod mill-belt ta' Dong Hoi, kapitali tal-provinċja ta' Quang Binh, fil-Vjetnam. Il-faċilità tkopri 173 ettaru, fuq żona ramlija, mal-kosta tal-Baħar taċ-Ċina t'Isfel. Il-pista tilħaq qrib ix-xtajta u hi kważi paralleli għall-Awstrostada Nazzjonali 1A. Il-pista tal-inżul ġiet mibnija mill-kolonjalisti Franċiżi fis-snin tletin sabiex isservi għall-Ewwel Gwerra Indoċiniża u ġiet imtejba mill-Vjetnam ta' Fuq bħala bażi tal-ajru għall-Gwerra tal-Vjetnam.
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/4/43/DHAirport4.jpg/320px-DHAirport4.jpg)
Fit-30 ta' Awwissu 2004, bdiet ir-rinnovazzjoni (jew aħjar ir-rikostruzzjoni) ta' dan l-ajruport u ġiet skedata li tintemm fl-2006. Kien f'Mejju tal-2008 li dan ġie inawgurat. Fit-18 ta' Mejju, 2008, l-ajruport infetaħ uffiċjalment bl-ewwel titjira kummerċjali mill-Ajruport Internazzjonali ta' Noi Bai, f'Ħanoj. Sal-2008, dan huwa wieħed mit-tliet ajruporti kummerċjali f'Bac Trung Bo, l-oħrajn ikunu l-Ajruport Internazzjonali ta' Phu Bai (90 mil fin-Nofsinhar tal-Ajruport Dong Hoi) u l-Ajruport Vinh (97 mil fit-Tramuntana tal-Ajruport Dong Hoi).