![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/1/11/Facade_Hagar_Qim.jpg/640px-Facade_Hagar_Qim.jpg&w=640&q=50)
Ħaġar Qim
From Wikipedia, the free encyclopedia
Ħaġar Qim huwa kumpless ta' tempji megalitiċi li jinsab fil-gżira Mediterranja ta' Malta u li jiġi mill-perjodu ta' Ġgantija (3600-3200 Q.K.).[1] It-tempji megalitiċi ta' Malta huma fost l-eqdem siti religjużi fid-dinja[2], u ġew deskritti miil-Kumitat tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala "kapolavuri arkitettoniċi uniċi". Fl-1992 l-UNESCO rikonoxxiet lil Ħaġar Qim u erba' strutturi megalitiċi Maltin oħra bħala Siti ta' Wirt Dinji.[3]
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/1/11/Facade_Hagar_Qim.jpg/640px-Facade_Hagar_Qim.jpg)
Il-bennejja ta' Ħaġar Qim użaw il-ġebla tal-ġir biex jibnu t-tempju. It-tempju sofra tisfif u teħmir fuq il-wiċċ tiegħu tul il-millennji bħala riżultat tal-użu ta' dan il-materjal.[4] Fl-2009 tlestiet il-ħidma fuq tinda protettiva għat-tempju.