Ġonna Botaniċi Rjali ta' Kew
ġnien botaniku f'Londra, ir-Renju Unit / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Ġonna Botaniċi Rjali ta' Kew jew fil-qosor il-Ġonna ta' Kew huma ġonna botaniċi fil-Lbiċ ta' Londra li jospitaw l-"ikbar u l-iżjed kollezzjonijiet botaniċi u mikoloġiċi varjati fid-dinja".[1] Stabbiliti fl-1840 mill-ġnien eżotiku fil-Park ta' Kew, fost il-kollezzjonijiet ħajjin tal-ġonna hemm xi 27,000 unità tassonomika li tieħu ħsiebhom l-amministrazzjoni uffiċjali Royal Botanic Gardens[2], Kew, filwaqt li l-herbarium, wieħed mill-ikbar fid-dinja, fih iktar minn 8.5 miljun eżemplar ippreservat ta' pjanti u fungi.[3] Il-librerija fiha iktar minn 750,000 volum, u l-kollezzjoni tal-illustrazzjonijiet fiha iżjed minn 175,000 stampa u tpinġija ta' pjanti. Il-ġonna huma waħda mill-attrazzjonijiet turistiċi ewlenin ta' Londra u huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[4][5]
Il-Ġonna ta' Kew, flimkien mal-ġonna botaniċi ta' Wakehurst f'Sussex, jiġu amministrati minn Royal Botanic Gardens, Kew, istituzzjoni tal-edukazzjoni u tar-riċerka botanika importanti f'livell internazzjonali li timpjega persunal ta' iktar minn 1,100 ruħ u hija korp pubbliku mhux dipartimentali sponsorjat mid-Dipartiment għall-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali.[6]
Il-Ġonna ta' Kew huwa maħsub li bdew formalment fl-1759, għalkemm ġew traċċati li jmorru lura għall-ġnien eżotiku tal-Park ta' Kew[7], u ġew iffurmati minn Henry, Lord Capell ta' Tewkesbury. Jikkonsistu minn 132 ettaru (330 akru)[8] ta' ġonna u serer botaniċi, erba' binjiet elenkati bħala tal-Grad I, u 36 struttura elenkati bħala tal-Grad II, kollha kemm huma ambjentati f'pajsaġġ sinifikanti internazzjonalment.[9] Il-ġonna huma elenkati bħala tal-Grad I fir-Reġistru tal-Parks u l-Ġonna Storiċi.[10]
Il-Ġonna ta' Kew għandhom il-forza tal-pulizija tagħhom, Kew Constabulary, which has been in operation since 1845.[11]